Left arrow Mur Lura

Lm80,000 f'restawr fil-Knisja tal-Ġiżwiti

PR661
Date Icon 15/05/2002

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech qal li minn mindu twaqqaf il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta fl-1988, kien sar xogħol ta' restawr fid-diversi knejjes li hemm fil-belt kapitali ta' pajjiżna. Hu qal li fost il-knejjes li fihom sar l-aktar xogħol ta' restawr kien hemm dik tal-Giżwiti.

Francis Zammit Dimech qal dan meta kien qed izur ix-xoghol ta' restawr li qed isir fil-Knisja tal-Gizwiti fil-Belt Valletta. Hu zied jghid li l-proġett ta' restawr ta' din il-Knisja, knisja storikament u arkitettonikament importanti għall-Belt Valletta, ilu sejjer għal numru ta' snin. Hu fakkar li l-Gvern, permezz tal-Proġett għar-Riabilitazjoni tal-belt Valletta, kien diġa nefaq madwar Lm80,000 għal dan il-proġett. Hu qal li l-parti l-kbira tan-nefqa kienet għar-restawr tal-faċċata u parti minn ġewwa tal-Knisja. Din is-sena kienu se jintefqu Lm15,000 oħra f'xogħol ta' restawr ta' din il-knisja.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li x-xogħol ta' restawr fil-parti ta' ġewwa tal-knisja kien wasal biex jitlesta. Dan ix-xogħol kien jinkludi sistema ġdida ta' dawl elettriku, xogħol estensiv ta' restawr u dehra oriġinali tal-Knisja, wara li għal aktar minn 40 sena kienet miżbugħa b'kulur aħdar skur. Francis Zammit Dimech qal li bħalissa kienu qed jiġu restawrati seba' mill-artali tal-Knisja, li tlieta minnhom tlestew, filwaqt li qed isir xogħol fuq l-erbgħa l-oħra. Dan ir-restawr kien qed isir minn żewġ restawraturi ta' l-induratura, Antoine Farrugia u Pierre Darmanin.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li xogħol ieħor ta' restawr kien qed isir fuq żewġ lunetti, pittura skola ta' Mattia Preti. Hu qal li r-restawratriċi Jenny Agius kellha biċċa xogħol iebsa minħabba l-istat tal-pittura. Dan ix-xogħol ta' restawr hu mistenni li jitlesta f'Settembru. Hekk kif jitlesta dan ir-restawr se jibda xogħol fuq żewġ affreski mill-Wall Painting Department tal-Courtauld Institute of Art.

Fil-jiem li ġejjin se toħroġ l-offerta għar-restawr tal-kampnar. Hu qal li kien qed isir ukoll inventarju dettaljat ta' dak kollu li hemm fil-Knisja. Qed isir ukoll studju storiku ta' inventarji qodma biex dan ikun studjat flimkien ma' dak li għad hemm fil-Knisja. Din il-ħidma qed titwettaq b'mod professjonali sabiex dan il-metodu jiġi użat għal knejjes oħrajn. Ix-xogħol qed isir minn Daniela Apap Bologna.

Francis Zammit Dimech qal li kienet qed tingħata spinta biex il-proġett ta' restawr tal-knisja tal-Ġiżwiti jitlesta fix-xhur li ġejjin. Hu qal li r-restawr tal-pittura ried isir fuq medda itwal ta' żmien minħabba nuqqas ta' riżorsi professjonali biex dan jitwettaq.

Francis Zammit Dimech qal li fl-aħħar 15-il sena ngħatat spinta qawwija lir-restawr ta' bini storiku fil-belt Valletta. Hu qal li l-Proġett għar-Riabiltazzjoni tal-belt Valletta kien investa kwazi Lm4.5 miljun f'xoghol ta' restawr. Il-Belt Valletta kienet laboratorju ħaj ta' storja, fejn il-bini li fiha, ried jingħatalu attenzjoni kontinwa, biex jitħares u jitħalla aħjar milli sibnieh.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow