L-impenn tal-Gvern li jgib fis-sehh ic-CHarter Ewropew ghall-Intraprizi z-Zghar
F'laqgha ma’ change managers tal-Ministeri, li saret fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo tkellem dwar l-impenn tal-Gvern li jsegwi l-principji u jimplimenta l-linji ta' gwida li hemm fic-Charter Ewropew ghall-Intraprizi z-Zghar. Dan ic-Charter Ewropew li gie irratifikat minn pajjzna flimkien ma’ pajjizi ohra applikanti ghas-shubija fl-U.E, jindika l-impenn tal-Gvern Malti lejn is-self-employed u negozji zghar.
"Permezz ta' dan ic-Charter, pajjizna issa ghandu standards u benchmarks li jirregolaw l-imgieba u l-hsieb li l-Gvern irid isegwi, fit-tfassil u l-organizazzjoni ta' servizzi ghal min huwa zghir fin-negozju. Is-servizzi li joffru l-Gvern u l-Awotritajiet Maltin, flimkien ma' dawk tal-kumplament tal-pajjizi membri u applikanti, ser ikunu mqabbla kemm ma' xulxin bhala pajjizi individwali, kif ukoll mal-principji li hemm fic-Charter, biex tkun tista' titkejjel l-efficjenza u l-kwalita' fis-servizz offruti lil min huwa zghir fin-negozju. Ghalhekk irridu naccertaw li s-servizzi, kemm li waqqafna, kif ukoll dawk li ghad irridu nwaqqfu jkunu l-ahjar ghajnuna ghal min huwa zghir fin-negozju" kompla jghid l-Onor. Edwin Vassallo.
Is-Segretarju Parlamentari enfasizza mac-change managers li attendew ghal-laqgha mid-diversi Ministeri, Dipartimenti u l-Awtoritajiet, li dan ic-Charter mhu monopolju ta' ebda Ministeru wiehed, izda huwa mpenn li jrid ikun segwit u implimentat fil-Ministeri kollha .
Is-Sur Vassallo sahaq li jrid jinhass impenn kollettiv mill-Gvern, ta' servizz effettiv u efficjenti lejn is-settur ta' l-intraprizi zghar. Biex jintlahaq dan il-ghan, iridu jkunu segwiti l-ghaxar linji ta' azzjoni tac-Charter li huma:
| 1) | edukazzjoni u tahrig ghall-imprenditorija f'kull livell tas-sistema edukattiva |
| 2) | mezz irhas u ehfef biex jghin lin-negozji jibdew jahdmu |
| 3) | ligijiet u regolamenti ahjar |
| 4) | irid ikun hemm nies tas-sengha li huma adattati ghall-bzonnijiet tan-negozji z-zghar |
| 5) | jitjieb l-access permezz ta' l-internet u iktar servizzi governattivi ikunu mpoggija online |
| 6) | ikun assigurat li n-negozji z-zghar ikollhom opportunita' biex jidhlu fi swieq godda u jikkompetu fuq bazi ta' kundizzjonijiet gusti. |
| 7) | principji rigward it-taxxa u incentivi finanzjarji li jippremjaw is-success, jinkoraggixxu lil dawk li jridu jifthu negozju, jaghtu preferenza lill-espansjoni ta' negozji zghar u l-holqien ta' l-impjiegi, u jiffacilitaw il-holqien u s-success ta' l-intraprizi zghar. |
| 8) | insahhu l-kapacitajiet teknologici ta' l-intraprizi z- zghar |
| 9) | mudelli ta' kummerc elettroniku li rnexxew u nkoraggiment ghall-uzu ta' l-oghla livell favur in-negozji z-zghar |
| 10) | nizviluppaw rapprezentanza aktar b'sahhita u effettiva ta' l-interessi ta' l-intraprizi z-zghar f'livell ta' Unjoni u nazzjonali |
Is-Segretarju Parlamentari temm jghid li skond id-Dikjarazzjoni ta' Maribor li saret fi Slovenia u li fiha gie ratifikat ic-Charter Ewropew ghall-Intraprizi z-Zghar, il-pajjizi applikanti ntrabtu li fuq bazi regulari, jaghtu rendikont tal-hidma li tkun qeghda ssir mill-Gvern b'risq l-intraprizi zghar skond l-istess principji tac-Charter. Dan il-pjan ta' azzjoni jawgura tajjeb ghas-settur tan-negozji zghar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN