STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT
PR650
13/05/2002
Is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent innota b’sodisfazzjon l-istqarrija li harget l-Ghaqda Kaccaturi u Nassaba Ambjentalisti wara l-qtil ta’ ghadd ta’ tajr tal-priza, li huwa protett mill-ligi, il-gimgha li ghaddiet minhabba li dan it-tip ta’ tajr jinsab fil-periklu ta’ estinzjoni.
Is-Segretarjat, waqt li japprezza l-pozizzjoni soda li hadet l-Ghaqda msemmija kontra kull min jabbuza u jikser il-ligi dwar il-kacca, jappella lill-kaccaturi kollha biex jaghtu widen ta’ dak li qed tghid l-ghaqda taghhom u josservaw il-ligijiet, biex id-delizzju ta’ hafna jibqa’ sostenibbli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN