KANTANTA MALTIJA TIRBAH FESTIVAL FIL-BULGARIJA
Il-Kumitat Organizzattiv tal-Festivals tal-Kanzunetta Maltija kompla jifrex it-talenti tal-kantanti Maltin ‘l barra minn xtutna, din id-darba permezz tal-kantanta Olivia Lewis li rebhet il-hdax il-edizzjoni tad-Discovery International Pop Music Festival 2002 f'Varna, l-Bulgarija.
Sbatax il-kantant minn erbatax-il pajjiz differenti ppartecipaw f'dan il-festival li sar nhar il-Gimgha 10 u s-Sibt 11 ta' Mejju, 2002. Il-pajjizi partecipanti kienu r-Repubblika Ceka, Bulgarija, Maldova, Jugoslavja, Rumanija, Ukranja, Renju Unit, Montenegro, Kazakstan, Malta, Uzbekistan, Grecja, Turkija u Macedonja.
Il-festival kien irrekordjat mill-istazzjon Nazzjonali tal-Bulgarija. L-organizzaturi nfurmaw lill-kontingent Malti, li madwar tlett miljun ruh isegwu dan il-festival tant prestiggjuz fil-Bulgarija.
Il-kantanta Maltija nterpretat il-kanzunetta 'Come Saprei' ta' Giorgia, kif ukoll il-kanzunetta li biha kienet ippartecipat fl-ahhar edizzjoni tal-festival Kanzunetta ghall-Ewropa, 'Give me Wings' - kompozizzjoni ta' Paul Giordmaina u lirika ta' Fleur Balzan. Oliva Lewis iddominat il-festival b'interpretazzjoni professjonali u eccellenti. Flimkien ma’ Olivia kien hemm kontingent Malti li ta l-kontribut tieghu lill-kantanta Maltija sabiex setghat taghti l-ahjar interpretazzjoni possibli.
‘Give me wings’ giet ivvutata mill-gurija internazzjonali bhala l-kanzunetta rebbieha tad-Discovery International Pop Music Festival 2002.Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN