Il-Gvern jinvesti biex il-Kunsilli Lokali jkunu gojjel ta’ l-informatika
"Il-politika ta’ dan il-Gvern hija li jpoggi lill-Kunsilli Lokali bhala c-Centru tal-hajja fil-komunita, kemm dik residenzjali u dik kummercjali. Propju bis-sahha tal-Politika Elettronika lokali rridu nittrasformaw il-Kunsilli Lokali f’gojjel tal-Informatika."
Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, Austin Gatt meta attenda ghat-tnedija tal-website tal-Kunsill tan-Naxxar.
Dr. Gatt fakkar fl-investiment enormi li sar tul dawn l-ahhar snin fuq l-infrastruttura tal-informatika li issa giet miftuha wkoll ghall-Kunsill Lokali.
Fuq il-bazi tal-hidma il-Gvern zewweg l-politika lokali ma’ l-ghanijiet tal-politika elettronika u giet imfassla l-politika elettronika lokali li fiha l-Kunsilli ghandhom erba’ rwoli. Fost dawn, qed nahdmu biex il-Kunsilli Lokali jiggieldu l-qasma digitali. Insahhu l-Kunsilli biex ikunu l-aqwa postijiet minn fejn ir-resident ikun jista jaqdi s-servizzi pubblici tieghu. Aspett iehor huwa marbut ma’ din il-hidma li permezz tal-Kunsilli Lokali jippromwovu t-tkattir tal-partecipazzjoni tar-resident fid-decizjonijiet tal-Kunsill. Bil-politika elettronika lokali, il-Kunsilli ser jassumu rwol ta’ promoturi ta’ l-gharfien u l-edukazzjoni fil-qasam ta’ l-Informazzjoni u Kommunikazzjoni Teknologika.
Dr. Gatt irrefera ghall-beneficcji li ghandhom il-Kunsilli Lokali grazzi ghall-ftehim tal-politika elettronika lokali. Dawn jinkludu kemm ghajnuna finanzjarja, l-holqien ta’ Internet Centre komplut, Public Internet Access Kiosk, kif ukoll programmi ta’ tahrig lill-impjegati fis-sistemi kollha tal-Gvern elettroniku, uzu b’xejn tal-portal u d-domain gov.mt. L-unika responsabilita’ tal-Kunsilli hija li juzaw din l-ghodda kollha biex jinghata l-aqwa servizz lill-pubbliku.
Dr. Gatt tkellem ukoll dwar il-fatt li minbarra is-somma ta’ LM350,000 li kienet ivvutata fl-ahhar budget ghal e-government ghal Kunsilli Lokali, ser jigu investiti Lm100,000 f’kompjuters biex kull Kunsill ikollu l-Internet Center.
Il-Ministru Gatt sahaq li din il-politika hija koalizzjoni biex tingheleb id-digital divide. Sadanittant waqt din il-konferenza stampa, saret prezentazzjoni tal-website, kif ukoll saret donazzjoni ta’ kotba biex jintuzaw fil-librerija tal-lokal.
Il-Kunsill tan-Naxxar, waqt l-istess konferenza iffirmaw il-ftehim li permezz tieghu, il-Kunsill dahal bi shab mal-Gvern f’dan il-progett.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN