Left arrow Mur Lura

Sports Festival organizzat mill-iSkola Primarja Sta. Klara - Zabbar

PR624
Date Icon 08/05/2002

Dal-ghodu, is-Segetarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett, attenda u pprezenta l-premijiet waqt Sports Festival organizzat mill-iSkola Primarja, Sta. Klara Zabbar. Din hija t-tieni sena konsekuttiva, li kien organizzat dan l-iSports Festival li hu mifrux fuq tlett ijiem. F’dan il-Festival hadu sehem it-tfal kollha ta’ Years 1, 2 u 3.

Il-Festival kien jinkludi fi 18-il loghba bbazati fuq ezercizzi fizici li t-tfal ikollhom matul is-sena. It-tfal tqassmu fi gruppi b’kull grupp jiehu sehem fil-loghob kollu. Kull sena grupp ta’ studenti tat-tielet sena minn De La Salle College ippartecipaw f’dan il-loghob bhala parti mill-progett tal-Millennju li ghaddej bejn iz-zewg skejjel f’gemellagg bejniethom.

Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett fahhar l-iSkola Primarja ghal din l-inizjattiva biex tippromwovi kultura sportiva fost it-tfal. Huwa biss b’inizjattivi bhal dawn li tizdied il-partecipazzjoni fl-isport. L-ghan wara dawn il-festivals m’ghandux ikun sabiex johorgu rebbieha, imma sabiex it-tfal iduqu l-ferh li l-isport jista’ jgib fil-komunità.

L-iSports Festival qed isir fil-pjazza ta’ l-iSkola Sta. Klara f’Haz-Zabbar ghal l-ewwel darba, wara li din il-pjazza nghatat t-tarmac minhabba l-istat hazin li kienet tinsab fih ghal dawn l-ahhar snin. Saru diversi xoghlijiet ohra fl-istess skola bhal tibjid ta’ kurruduri u soqfa, tibdil tar-railings u gradi li jdawwru din il-pjazza, tqeghid ta’ safety mat fil-bitha u bini ta’ rampa sabiex tfal bi bzonnijiet specjali ikollhom access ahjar ghall-iSkola.

Dan ix-xoghol sar mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. Is-Segretarju Parlamentari fahhar ukoll il-pjanijiet li fit-titjib tal-iskejjel m’ghandiex inharsu biss lejn il-klassijiet, imma ghandna ntejbu l-facilitajiet ta’ rikrejazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow