Left arrow Mur Lura

Seminar dwar il-permessi għal żvilupp fis-settur agrikolu

PR617
Date Icon 07/05/2002

Il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd flimkien mal-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent se jorganizzaw seminar bit-tema ‘Nirristrutturaw is-Settur Agrikolu: ftehim, kooperazzjoni, żvilupp’.

L-iskop ta’ dan is-seminar huwa li jkun diskuss il-mod ta’ kif il-proċess dwar applikazzjonijiet li jsiru għal żvilupp marbut mas-settur agrikolu, jista’ jitjieb fl-interess tal-bdiewa u r-raħħala.

Is-seminar se jsir nhar is-Sibt, 11 ta’ Mejju, bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m. fl-Institute of Water Technology, Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa. Għalih jistgħu jattendu bdiewa u raħħala, rappreżentanti tagħhom, periti u dawk kollha nvoluti fis-settur agrikolu u żvilupp rurali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow