Left arrow Mur Lura

Prezentazzjoni mill-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

PR616
Date Icon 07/05/2002

L-E.T. il-President ta' Malta u s-Sinjura de Marco illum, f'isem il-Malta Community Chest Fund, ippreżentaw għajnuna finanzjarja, apparat speċjalizzat u diversi għajnuniet oħra lil diversi istituzzjonijiet u individwi fil-bżonn. Il-preżentazzjoni saret dalgħodu fil-Palazz, Valletta. It-total tas-somma ippreżentata tlaħħaq il-Lm 21,113.

84 individwu u 11-il istituzzjoni filantropika bbenefikaw minn dawn il-fondi. L-individwi bbenefikaw minn total ta' LM 17,856, li minnhom, madwar LM9,000 huma għajnuna għal apparat speċjali. Dan l-apparat specjali jikkonsisti fi special wheelchairs, special buggies, lifting chairs u oħrajn.

It-total ta' donazzjonijiet li minnhom bbenefikaw, diversi istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet hu ta' LM3,257. Fost dawk li rċevew l-għajnuna ippreżentata dalgħodu mill-President u s-Sinjura de Marco kien hemm:

Sorijiet Agostinjani, Mosta LM 500
Special Olympics Malta LM 500
Malta Wheelchair Dance Sports Association LM 400
Betanja Franġiskani LM 288

Istituzzjonijiet oħra huma l-Kummissjoni Ħidma għall-Morda u Persuni b' Diżabilita'; s-Sorijiet ta' l-Ursolini, Tarxien; il-Presidents Award; FARAĠ; Skola Saint Patricks, Sliema; Good Shepherd Sisters u l-Grupp Solidarjeta' Persuni bi Bżonnijiet Speċjali.

F'diskors qabel il-preżentazzjoni tad-donazzjonijiet, il-President de Marco irringrazzja lill-individwi kollha li ta' kuljum, jgħinu fi ħdan il-Malta Community Chest Fund. Hu qal li l-fond ma jirċievi l-ebda għajnuna mingħand il-Gvern u għalhekk il-flus li jinġabru huma frott tal-ħafna attivitajiet li jiġu organizzati u d-donazzjonijiet li jinġabru, permezz tal-ħidma kontinwa ta' dawn il-voluntiera.

Il-Prof. de Marco qal li fil-ħajja, ħafna drabi naħsbu li qegħdin ngħixu aħna biss, iżda għandna wkoll inħarsu lejn min għandu bżonnijiet partikolari u naħdmu flimkien biex ikompli jgħix u nġibulu tbissima fuq wiċċu. "Għalhekk is-sehem tiegħi, bħala President ta' Malta, fil-ħidma tal-Malta Community Chest Fund, hija waħda mill-iktar aspetti li tagħtini sodisfazzjon."

Il-President qal li l-flus li nġabru fil-programm 'L-Istrina', ta' Diċembru li għadda, il-Malta Community Chest Fund mistennija li tibda tirċevihom iktar ’il quddiem. Għalhekk id-donazzjonijiet li qed jitqassmu huma l-frott tad-diversi attivitajiet organizzati minn żmien għal żmien, bil-għan li jinġabru fondi sabiex jitqassmu b'risq individwi u soċjetajiet filantropiċi fil-bżonn. Fost dawn l-attivitajiet hemm l-August Moon Ball, il-Bring and Buy u l-President’s Ball.

Filwaqt li rringrazzja pubblikament lill-istituzzjonijiet filantropiċi, fosthom dawk tal-Knisja, il-President temm jgħid li s-sens kbir ta' dedikazzjoni tagħhom huwa xprun għall-funzjoni sħiħa tas-soċjetà Maltija.

"Dan il-mod kif kulħadd qed jgħin lil xulxin, juri kemm hija soda s-soċjetà Maltija. Wieħed mill-preġji tagħna, bħala poplu, hu li kapaċi ngħinu lil xulxin kull meta jkun hemm il-bżonn. Għalhekk f'dan is-sens, il-poplu Malti huwa familja waħda u nħossni kburi li jiena l-President ta' din il-familja li hija l-familja Maltija."

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow