TIGDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITA’
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Principali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tigdid tal-Karti ta’ l-Identita’ f’Birkirkara:
bejn l-Erbgha 8 ta’ u s-Sibt 25 ta’ Mejju - Skola Sekondarja V. Borg Triq ta’ Paris
(minbarra l-Hdud 12 u 19 ta’ Mejju) u;
bejn it-Tnejn 27 ta’ Mejju u s-Sibt 15 ta’ Gunju - Liceo Santa Tereza Triq B. Bontadini
(minbarra il-Gimgha 7 u l-Hdud 2 u 9 ta’ Gunju)
Il-hinijiet li fihom isir it-tigdid ser ikunu: fost il-Gimgha bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibtijiet mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Fic-Centri msemmija jistghu jattendu biss ir-residenti ta’ Birkirkara. It-tigdid qed isir ghal dawk kollha li diga’ ghandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw ghall-ewwel darba ma jkunux jistghu jaghmlu dan fic-centru tal-lokalita’ taghhom, izda jkunu jridu japplikaw fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta. Min-naha l-ohra, ma jkunx jista’ jsir tigdid fil-Belt matul dan il-perjodu ghar-residenti ta’ Birkirkara.
Ghandha tigi pprezentata l-Karta ta’ l-Identita’ prezenti kif ukoll il-formola tat-tigdid bl-informazzjoni mitluba, li qeghda tigi mibghuta lil kull min ghandu jgedded l-Karta ta’ l-Identita’. Aktar dettalji dwar it-tigdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qeghdin jintbaghtu bil-posta mal-formola tat-tigdid.
Il-Karta ta’ l-Identita’ l-gdida tkun tista’ tigi rtirata aktar ‘l quddiem u ser jinhareg avviz dwar dan.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN