Titwaqqaf Akkademja ta’ Tahrig ghall-haddiema tal-Qrati
Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Dr. Austin Gatt, habbar li l-Cabinet, approva n-nefqa ta’ zewg miljun lira ghal titjib infrastrutturali fil-Qrati taghna. Dan jifforma parti mill-hidma tal-Gvern biex tissahhah l-amministrazzjoni tal-Gustizzja.
Il-Ministru Gatt kien qed jitkellem waqt it-tnedija ta’ Akkademja ta’ tahrig ghall-Gudikatura u l-istaff tal-Qrati. Huwa qal li tul dawn it-tliet snin, il-Gvern kellu program ambizzjuz ta’ riforma fil-Qrati taghna, li kienu jinkludu ri-organizzazzjoni tal-haddiema tal-qrati u it-twaqqif ta’ Judiciary Teams. Illum fil-qrati, ghandna jahdmu madwar 400 haddiem, li llum ukoll qed igawdu minn titjib fil-pagi taghhom.
“L-akkademja li twaqqfet illum mhix inizjattiva izolata, izda tinkwadra fil-politika tal-Gvern ghal amministrazzjoni tal-Gustizzja aktar efficjenti”, kompla Dr. Gatt. Huwa enfasizza, li t-tahrig li ser jinghata huwa tahrig li ghandu jenfasizza u jikkoncentra fuq l-aspett prattiku tal-hidma fil-qrati. Dr. Gatt tkellem ukoll dwar diversi decizjonijiet li ttiehdu f’dik li hija linja ta’ politika generali fil-qrati, fosthom, it-twaqqif ta’ Tribunali Lokali kif ukoll it-tibdil tal-kompetenzi tal-qrati. Dan wassal biex f’dawn l-ahhar 3 snin, irregistrajna tnaqqis ta’ 19% fil-kawzi pendenti quddiem il-Qorti Civili. Din it-trend giet konfermata tul l-ewwel tliet xhur tas-sena.
Il-Ministru Gatt semma’ li fl-ahhar ta’ dan ix-xahar, ser jigi ppubblikat abbozz ta’ ligi numru ta’ tibdiliet importanti immirati lejn is-sistema tan-notifiki, s-sistema tas-subbasti, l-ezekuzzjoni tal-mandati, is-sistema tal-master u lejn l-ispecjalizzazzjoni ta’ l-Imhallfin, emendi li ilhom jigu diskussi fuq sena, u prattikament hemm kunsens dwarhom mill-partijiet kollha. Il-Ministru Gatt tenna li dan kollu sar possibbli wkoll grazzi ghall-investiment kbir, kif ukoll riformi kbar fil-qasam tal-informatika. Huwa ppjanat li sa l-ahhar tas-sena nkunu f’pozizzjoni li s-servizzi kollha jkunu jistghu jinkisbu fuq l-internet.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN