STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI
Il-Kelliem ta’ l-Oppozizzjoni l-Onor. Gavin Gulia, fil-gurnal ‘l-orizzont’ tal-lum hassu privileggjat li jikteb fuq in-nuqqas ta’ interess li ghandu l-Gvern prezenti favur l-interessi tal-haddiema. Lejliet ‘Jum il-Haddiem’ il-Kelliem ta’ l-Oppozizzjoni hassu onorat li jkompli fuq il-kampanja ta’ misinformazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea.
Fl-artiklu tieghu, l-Onor. Gavin Gulia tenna li matul dawn l-ahhar tliet snin u nofs il-Gvern prezenti nieda mizuri kontra l-interessi tal-haddiema. Tajjeb wiehed ifakkar li kienu matul dawn it-tliet snin u nofs li l-Gvern prezenti tejjeb bis-shih il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema fis-Servizz Pubbliku wara li l-Gvern precedenti, fi tnejn u ghoxrin xahar, ma rnexxielux jilhaq ftehim mal-Unions dwar il-ftehim kollettiv tal-haddiema fis-Servizz Pubbliku. Kien wkoll f’dawn it-tliet snin li saru l-akbar bidliet fil-ligijiet tax-xoghol, b’mod specjali f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xoghol, il-ligijiet dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u dawk dwar l-Impjieg. Bidliet li qed ibiddlu x-xejra tad-dinja tax-xoghol.
Dwar l-Unjoni Ewropea, l-Onor. Gavin Gulia hass li ghandu jtenni affarijiet li mhumiex veri. Huwa kiteb li: “mill-ghada ta’ l-ishubija, haddiema mill-Unjoni Ewropea jistghu jigu jahdmu f’pajjizna bi dritt u jkunu jistghu jaghmlu xoghol li bhalissa huwa riservat biss ghall-haddiema Maltin”. Din hija gidba. Il-verità hija li Malta permezz tan-negozjati akkwistat id-dritt li timponi, matul l-ewwel seba’ snin wara s-shubija, restrizzjonijiet lill-haddiema mhux Maltin f’dawk il-kazijiet fejn ikun hemm il-periklu li haddiema barranin jiehdu xoghol tal-Maltin. Dan huwa akkwist li ma inghata lill-ebda pajjiz kandidat iehor.
Il-Ministeru jemmen li l-haddiema Maltin bix-xieraq ghandhom jiccelebraw ‘Jum il-Haddiem’, ghaliex huwa taht il-Gvern prezenti li l-haddiema Maltin qed jaraw tibdil konkret u bil-fatti, tibdil li qed igib mhux biss kundizzjonijiet ahjar imma kwalita’ ta’ hajja ahjar ghall-familji Maltin u l-Ghawdxin kollha.Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN