Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-AGRIKOLTURA U SAJD

PR587
Date Icon 30/04/2002

Hi assolutament invenzjoni goffa dak li rrappurtat il-Kullħadd, fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda, bit-titlu ‘Balbuljata bil-patata’, dwar iż-żerriegħa tal-patata Alpha.

Kuntrarjament għal dak li kien rappurtat fil-Kullħadd, il-fatti huma dawn: 

Bħas-sena ta’ qabel, it-Taqsima ta’ l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali importat 570 tunnellata patata taż-żriegħ Alpha skond il-ftehim eżistenti li jirregola l-importazzjoni ta’ l-Alpha matul 1999-2002. Għal xi raġuni, din id-darba il-kitba tal-bdiewa għall-patata taż-żriegħ kienet għolja ħafna tant, li għall-Alpha biss qabżet it-810 tunnellati. Għaldaqstant id-Dipartiment qassam 72 fil-mija ta’ dak li kien inkiteb.  

Hekk kif spiċċa t-tqassim ta’ l-Alpha, id-Dipartiment bħas-soltu l-ewwel offra ż-żerriegħa li ma kinitx inġabret lil kull min kien interessat u mbagħad ħa passi biex jiddisponi minn dak li kien fadal. Wara sejħa għal offerti, kienet aċċettata l-aktar offerta vantaġġjuża mill-erbgħa li kienu daħlu u 40 tunnellata patata Alpha nbiegħu lil negozjant, li effettivament ma kienx Raymond Abdilla kif intqal fil-Kullħadd, bil-prezz ta’ Lm4 kull xkora tal-25kg u mhux kif deher fl-artiklu Lm2.50. 

Minn dan kollu jidher ċar li l-balbuljata ma għamilhiex id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura għaliex dak li nkiteb hu ferm ’il bogħod mill-verità. Jidher ċar li l-intenzjoni ta’ min għamel l-allegazzjonijiet li d-Dipartiment biegħ il-patata taż-żriegħ lil Raymond Abdilla bil-prezz ta’ Lm2.75 ix-xkora, ċertament kienet waħda biex tgħawweġ il-fatti u diskredita.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow