PUNTI MID-DISKORS TA’ L-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI, FL-OKKAZJONI TAL-PUBBLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENTI TAL-KUMMERC DWAR HRUG TA’ LICENZJI
Wara ezercizzju ta’ konsultazzjoni ma’ diversi setturi tan-negozji, awtoritajiet u organizzazzjonijiet illum wasalna biex inniedu ligi gdida flimkien ma’ regolamenti li ser jirregolaw l-hrug tal-licenzji tan-negozji kif ukoll il-hinijiet ta’ kull attività kummercjali.
Dan l-ezercizzju huwa rizultat ta’ impenn tal-Gvern li jahdem fuq ezercizzju ta’ simplifikazzjoni ta’ proceduri. Minn kif beda jidher bit-tqassim ta’ formoli, qed johrog car li b’dawn il-proceduri l-godda, il-process tal-hrug tal-licenzji ser ikun process aktar mghaggel u l-permessi ser johorgu f’inqas hin milli kieku fil-fatt qeghdin jinhargu f’dan il-waqt.
Dan il-process ser jibda kwazi b’500 licenzja pendenti li qeghdin ghand il-Pulizija, u minn informazzjoni li ghandi, 200 minnhom ser imorru ghand it-Trade LicensingUnit fl-Lascaris u mal-200 applikazzjoni ser jinghataw lill-Awtorità tat-Turizmu. L-ohrajn ser jitqassmu f’organizzazzjonijiet ohra, kollha skond ir-responsabilità taghhom.
Dan huwa process ta’ One Stop Shop li qed jintensifika process ta’ decentralizzazzjoni fil-hrug tal-permessi lejn kull Awtorità jew Dipartiment li issa ser ikun responsabbli ta’ l-attività kummercjali li ser ikun qed johrog il-permessi taghha.
Skond il-European Charter for Sme’s, il-Gvern huwa obbligat li jara li johrog l-ahjar cirkustanzi fejn min irid jibda negozju, dan ikun jista’ jaghmel hekk bl-inqas spejjez u bl-aktar mod efficjenti. L-obbligu tal-Gvern ghalhekk minn dan ic-Charter, huwa li johloq l-ahjar cirkostanzi fejn ikun possibbli li jkun hemm fil-pajjiz l-opportunitajiet ghal “Cheaper and faster start-up”.
Mill-istess Charter moghti lil Gvern mill-U.E, il-Gvern Malti huwa obbligat li jara li jipprovdi ‘Better legislation and regulations’. Permezz ta’ dawn il-proceduri l-godda, il-Gvern Malti qed jaqdi obligazzjonijiet tieghu li ghandu ma’ dan ic-Charter. Dan huwa biss pass ’il quddiem lejn it-twettieq ta’ dawn l-obligazzjonijiet li, ’il quddiem irridu naraw izjed min dawn l-ezercizzji ta’ simplifikazzjoni ta’ proceduri.
Issa ser ikun hemm zmien stipulat fil-ligi f’kemm irid jinhareg permess tan-negozju.
Ser ikun hemm formoli ghand il-Kunsilli Lokali li jistghu jingabru minn kull min ghandu l-interess biex japplika ghal licenzja tan-negozu minn ghand it-Trade Licensing Unit.
Ser ikun hemm il-kumdità li l-applikant meta ser japplika ghand l-Awtorità tal-Ippjanar ghal permess ta’ zvilupp gdid jew ghal Change of Use, ser ikun jista’ japplika immedjatament fl-istess process, ghal applikazzjoni ta’ permess tan-negozju.
Fuq kollox dawn il-proceduri l-godda mar-revizjoni ta’ hinijiet ta’ l-attivitajiet kummercjali ghandhom iwasslu biex jghinu halli jinholqu opportunitajiet ahjar ta’ impjiegi godda f’dawn is-setturi.
Nixtieq nghid ukoll li l-unika awtorità li tista tirrevoka licenzja tan-negozju hija l-Qorti.
L-applikazzjoniet il-godda tal-licenzji tan-negozju li l-permess taghhom ser jinhareg mit-Trade Licensing Unit f’Lascaris jistghu jibdew isiru lil dan fl-ufficcju billi applikant jiehu formola mill-Kunsill Lokali u wara li jimla l-formola u jehmez maghha l-informazzjoni mitluba, ikun jista’ jibghat l-applikazzjoni bil-posta jew jiddeposita l-applikazzjoni f’Lascaris stess, izda il-parir li nghatu huwa li l-applikazzjonjiet jintbghatu bil-posta.
Kull min japplika ghal permessi godda u li ser jitolbu li fil-process ikunu ppublikati f’gurnal u fil-Gazzetta tal-Gvern, ser ikunu mitluba jhallsu Lm10, u din bhala l-ispiza tal-pubblikazzjoni u xi spejjez ohra konnessi mal-proceduri.
Is-Small Business Unit, fuq telephone 21226688, ser ikun ic-Centru ta’ Informazzjoni rigward dan il-process tal-hrug tal-licenzji tan-negozju. Ghalhekk huwa mehtieg li kull min ikun irid jistaqsi ghal aktar informazzjoni jew f’hiex tkun process ta’ applikazzjoni, ser ikun mitlub li jistqasi lis-Small Business Unit.
B’sodisfazzjon ninnota li dawn il-proceduri l-godda qed jinhargu fi zmien li fih qed naraw ukoll in-numru ta’ dawk li jahdmu f’dan is-settur jizdied. Dan il-pajjiz qed ihares ’l quddiem lejn stagun tajjeb tan-negozju u nawgura li dawn il-proceduri l-godda ser jghinu biex dawn l-opportunitajiet joholqu aktar impjiegi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN