STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI
Stqarrija mahruga mid-Deputati Laburisti Marie Louise Coleiro u Karl Chircop tallega li l-Ministru Gonzi qieghed jaghti lill-Parlament figuri zbaljati dwar il-qghad. F’din l-istqarrija, il-Kelliema ta’ l-Oppozizzjoni qalu li l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali naqqas il-figuri tal-qghad u gabhom ma’ jaqblux ma statistika li giet ippublikata mill-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, kemm f’dak li jirrigwarda l-Labour Force Survey kif wkoll dawk tal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig.
Din l-istqarrija terga’ ghal darb’ohra turi d-dizonestà politika tal-Partit ta’ l-Oppozizzjoni, li issa ghandu rekord stabbilit ta’ allegazzjonijiet foloz.
Fid-dokument li tpogga fuq il-Mejda tal-Kamra nhar il-15 ta’ April, b’risposta ghall-mistoqsija Parlamentari Numru 32,784, inghata rendikont tas-sitwazzjoni tal-qghad gewwa Malta u Ghawdex. Jidher bic-car li l-Kelliema ta’ l-Oppozizzjoni ma ndenjawx ruhhom jiflu sew dokument ta’ zewg pagni u minghajr ma’ harsu lejn it-totali tal-qghad ta’ Malta u Ghawdex ikkwotaw in-numru tal-qghad gewwa Malta biss. Fil-fatt id-diskrepanza li allegaw, m’hi diskrepanza xejn peress li l-figura ta’ 6,941 tirraprezenta n-numru ta’ persuni qieghda gewwa Malta f’Dicembru ta’ l-2001, filwaqt li l-figura ta’ 7,433 tirraprezenta n-numru totali ta’ persuni qieghda fl-istess perjodu kemm f’Malta kif wkoll f’Ghawdex.
Il-Ministeru ghaldaqstant mhux biss jichad l-allegazzjoni ta’ tbaghbis ta’ figuri tal-qghad, imma jakkuza lill-istess Deputati ta’ l-Oppozizzjoni u lil-Partit ta’ l-Oppozizzjoni li huma l-awturi konxji ta’ tbghabis ta’ cifri ghall-interess partiggjan bla ebda razan.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN