Left arrow Go Back

TIĠDID TAL-KARTA TA' L-IDENTITÀ FIL-GUDJA

PR580
Date Icon 29/04/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta' l-Identità fil-Gudja minn nhar it-Tnejn, 29 ta' April sa nhar is-Sibt, 4 ta' Mejju, 2002. Ma jsirx tiġdid nhar l-1 ta' Mejju, Btala Pubblika. F'dan il-perjodu ma jkunx jista' jsir tiġdid għar-residenti tal-Gudja fl-Uffiċċju tal-Karta ta' l-Identità l-Belt Valletta.

It-tiġdid tal-Karta ta' l-Identità ser isir f'Dar taz-Żgħazagħ, Triq iz-Żebbuġa. Fiċ-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti tal-Gudja. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġà għandhom Karta ta' l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta' l-Identità l-Belt, Valletta.

Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta' l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jħedded l-Karta ta' l-Identità. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-gimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qegħdin jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.

Il-Karta ta' l-Identità l-ġdida tkun tista' tiġi rtirata aktar 'l quddiem u ser jinħareġ avviż dwar dan.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow