DISKORS MILL-ONOR. DR ANTOINE MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI WAQT SEMINAR "PRIMARY PREVENTION IN SCHOOLS: A GLOBAL APPROACH" ORGANIZZAT MILL-AGENZIJA SEDQA – QAWRA - 27 TA’ APRIL 2002
Il-Ministeru ghall-Politika Socjali huwa ministeru li bil-firxa tieghu b’xi mod jew iehor joffri servizzi li jolqtu kull cittadin Malti, ta’ kull eta’ u bla ebda distinzjoni. Madankollu, fl-ghoti ta’ dawn is-servizzi, l-akbar attenzjoni tinghata lil dawk fostna li minhabba certi cirkostanzi jsibu ruhhom maqtugha, emarginati jew diskriminati.
Il-missjoni taghna hija wahda li tiffoka fuq il-persuna umana. Il-politika taghna ddur madwar il-valur u d-dinjita’ tal-persuna; il-hidma taghna tfittex li tisma’ u tirrispondi b’mod effettiv sabiex kulhadd ikollu sehem u parti fil-komunita. Dawn huma l-miri taghna u rridu naghmlu hilitna kollha biex nilhquhom bil-ghaqal u bil-perseveranza. Irridu nkomplu nsahhu l-pajjizna permezz ta’ qafas socjali inkluziv. Irridu nkomplu nibnu stat socjali li jaghti kas tal-bzonnijiet ta’ kull cittadin fil-waqt li noqoghdu attenti ghax-xejriet u l-bzonnijiet godda li qed ifeggu b’mod kontinwu.
Fost l-elementi l-aktar li jkiddu l-familja hemm dipendenzi varji, li jinkludu l-alkohol, id-droga u l-loghob ta’ l-azzard. Persuna jizviluppa dipendenza fuq xi sustanza jew fuq il-loghob ta’ l-azzard jaghmel hafna hsara lilu nnifsu kif ukoll in-nies ta’ madwaru, u ghaldaqstant il-familja. Fost is-servizzi li jaqghu taht ir-responsabbilta ta’ dan il-Ministeru hemm is-servizzi ghal persuni li ghandhom xi forma jew ohra ta’ dipendenza jew abbuz ta’ sostanzi u ghal familji taghhom. Hemm ukoll servizzi li jahsbu biex irazznu dawn il-vizzjijiet permezz tal-prevenzjoni. Dan kollu huwa pprovdut mill-agenzija governattiva sedqa.
Fit-twettiq tal-politika socjali tieghu, il-Gvern dejjem irid jassigura li l-valuri tas-solidarjeta, rispett u dinjita’ lejn il-persuna umana jkunu rispettati. Huwa fatt innegabbli li organizzazjoni li qed tghin lill-Gvern jilhaq dan il-ghan hija certament l-Agenzija Sedqa. Is-Sedqa toffri servizzi li huma mmirati sabiex jghinu lil min jinsab fix-xifer tas-socjeta’ jersaq lejn ic-centru. Dawn is-servizzi kollha jiffukaw fuq il-persuna, l-familja u l-ambjent socjali.
Il-politika tal-Gvern thares mhux biss lejn is-servizz li jinghata imma lejn il-kwalita’ tas-servizzi. Servizzi accessibbli ghal kulhadd, servizzi personalizzati, professjonali u ta’ l-aqwa kwalita’ huma c-cavetta ghal bini ta’ socjeta’ fejn hadd ma jibqa’ lura, fejn kulhadd, anke dawk l-aktar vulnerabbli, jippartecipaw b’mod attiv u jizviluppaw il-potenzjal kollu taghhom.
L-agenzija Sedqa llum qed torganizza dan is-seminar lill-Kapijiet ta’ l-iskejjel u l-ghalliema bit-tema: "Primary Prevention in Schools: A Global Approach". Id-divizjoni tal-prevenzjoni ta’ din l-agenzija prezentement ghandha bhala objettiv ewlieni li permezz ta’ servizzi zviluppati ta’ ‘primary prevention’ tilhaq lill-poplu kollu principalment fl-oqsma ta’ l-iskejjel, tal-komunita’, fuq il-post tax-xoghol u l-media. L-impjegati tas-Sedqa wahidhom ma jistghux iwasslu l-programmi kollha li hija ghandha. Huma jistghu jaghtu l-informazzjoni u l-materjal relevanti u jaghtu training lil haddiehor biex dawn ikunu f’pozizzjoni li jkunu jistghu huma stess jghinu lil haddiehor.
L-aqwa arma kontra dawk li llum insejhulhom problemi socjali hija bla dubbju ta’ xejn l-edukazzjoni – edukazzjoni fil-valuri tal-hajja u formazzjoni soda tal-karattru mibnija fuq stima pozittiva lejn il-persuna nnifsu. L-edukazzjoni dejjem kienet u tibqa’ l-aqwa arma biex niggieldu l-injoranza. Biex l-edukazzjoni tilhaq il-milja taghha trid bilfors tkun korporattiva. Jinhtieg kontinwament tishih fil-koperazzjoni bejn l-istudent, kull min jahdem fil-kamp edukattiv, l-agenziji li jipprovdu servizz t’ assistenza professjonali u l-familja. Il-qofol tax-xoghol edukattiv huwa pern preventiv qawwi. Kull min jeduka jkun qed iwettaq xoghol preventiv. L-edukazzjoni minghajr ma tinkorpora b’mod effettiv principji ta’ prevenzjoni, issir sempliciment komunikazzjoni ta’ taghrif didattiku. L-edukazzjoni u l-prevenzjoni huma minn natura taghhom interattivi u nizbaljaw jekk nahsbu li nistghu nkunu effettivi fil-prevenzjoni jekk ma nuzawx il-qafas edukattiv u vici versa, jekk nahsbu li nistghu nkunu edukaturi effettivi minghajr ma nwasslu messaggi qawwija sabiex nipprevenu l-hsara u nissalvagwardjaw il-hajja.
Il-prevenzjoni hi l-aqwa arma biex niggieldu l-kriminalita’ u l-korruzzjoni. L-izvilupp ta’ kultura preventiva hija l-istrategija principali li l-Agenzija Sedqa impenjat ruhha u qeghda tkompli timpenja ruhha sabiex tohloq fis-snin li gejjin. L-onus tal-prevenzjoni m’huwiex biss fuq l-edukatur, jew fuq min jipprovdi s-servizz (bhas-Sedqa) izda li flimkien inrawwmu u ngibu fuq in-naha taghna lill-familja, li wara kollox hija l-bazi tas-socjeta’. Nemmen li hadd ma jista’ u m’ghandu jabdika mir-responsabbilta li jgorr. Ma rridu qatt nieqfu nesploraw modi godda u effettivi sabiex inwasslu l-messagg lit-tfal u liz-zghazagh sabiex jiehdu hsieb hajjithom. Hemm bzonn li nkunu lesti sabiex nilqghu ghall-isfidi li jigu pprezentati lilna minn zmien ghal zmien. Hekk per ezempju, irridu noqoghdu attenti ghal forom godda ta’ dipendenza, filwaqt li kontinwament naggornaw ruhna dwar forom godda ta’ trattament u metodi differenti ta’ prevenzjoni.
Il-Gvern jaghraf l-importanza li ghandha tinghata lill-prevenzjoni primarja u jheggeg sabiex aktar organizzazzjonijiet jinghaqdu u jahdmu favur kultura li thares sahhet il-persuna. U inthom, kapijiet ta’ skejjel u ghalliema migbura f’din il-convention tal-lum ghandhom tkun il-front liners, bhala edukaturi, biex il-programmi tal-Primary Prevention fl-iskejjel ikollhom is-success li kulhadd jixtieq. F’dan is-seminar zgur li ser tiddiskuti kif jista’ jitkabbar l-gharfien aktar ta’ dawn il-programmi; kif l-ghalliema ghandhom ikollhom informazzjoni updated dwar drogi abbuzivi u affarijiet reletati; kif wiehed irid jippromwovi s-servizzi ta’ prevenzjoni u kura moghtija mill-agenzija, u zgur li sejra ssir diskussjoni dwar il-policy kurrenti. Jiena waqt li naghmlilkom kuragg fil-qadi tal-missjoni taghkom, nawguralkom u nirringrazzjakom tax-xoghol siewi u ta’ fejda li intom taghmlu. Irrid nirringrazzja wkoll lic-Chief Executive, Miss Sina Bugeja u l-ufficjali kollha tal-Agenzija Sedqa tal-kontribut li dejjem taw u qeghdin jaghtu f’dan il-qasam socjali hekk sensittiv.
Prosit u grazzi lil kulhadd.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN