Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN

PR571
Date Icon 28/04/2002

B’referenza ghall-artiklu fil-gazzetta "Kullhadd" ta’ llum 28 ta’ April 2002 intitolat "Gideb mill-MIC", il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin jiddikjara s-segwenti:

  • Il-pozizzjoni tal-Gvern Malti dejjem kienet li n-negozjati ta’ Malta dwar ix-xiri ta’ proprjeta’ minn barranin f’pajjizna japplikaw kemm ghal djar kif ukoll ghal proprjeta’ immobbli ohra, inkluz art agrikola;
  • Dan ifisser li, wara shubija, cittadin ta’ l-Unjoni Ewropea ikollu d-dritt li jixtri art agrikola f’pajjizna biss f’kaz li jkun gie jghix hawn Malta u jkun ukoll stabilixxa ruhu fis-settur biex jahdem bhala bidwi jew rahhal. Min ma jissodisfax dawn il-kundizzjonijiet ma jkunx jista’ jakkwista art sakemm ma jinghatalux permess apposta, l-istess kif trid il-ligi llum;
  • B’hekk il-Gvern jikkonferma l-istess fatti li ppubblika c-Centru ta’ Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea (l-MIC);
  • Il-Gvern ghandu dubju kemm il-gazzetta "Kullhadd" qed tghid kollox meta tikkwota ufficjal tal-Kummissjoni Ewropea jghid li l-arrangement huwa differenti minn dak li ntqal hawn fuq. Madankollu, il-Gvern ser jikkomunika mal-Kummissjoni sabiex jaccerta li r-rizultat tan-negozjati jkun car bl-istess mod ghaz-zewg nahat u jkun mifhum skond kif spjegat hawn fuq.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow