Bejgħ jew xiri ta’ flieles għall-produzzjoni ta’ tiġieġ
PR564
26/04/2002
Id-Direttur Ġenerali tat-Taqsima ta’ l-Ikel u Attività Veterinarja javża li mill-1 ta’ Ġunju li ġej, ma jistax isir bejgħ jew xiri ta’ flieles għall-produzzjoni ta’ tiġieġ għal-laħam jew għall-produzzjoni tal-bajd għall-konsum, minn produtturi jew lill-produtturi, jekk dawn ma jkunux ġew liċenzjati għal dan l-iskop mill-istess Direttur jew mir-rappreżentant tiegħu.
Għalhekk, kull ċaqliq jew moviment ta’ tjur għandu jkun akkumpanjat bil-karta r-roża jew dokument uffiċjali maħruġ għal dan l-iskop.
Id-Direttur javża wkoll li wara l-aħħar ta’ Ġunju, 2002, ma jiġġeddux liċenzji għall-ipproċessar ta’ tiġieġ għall-konsum, jekk il-post liċenzjat għal dan l-iskop ma jkunx jilħaq l-istandards meħtieġa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN