Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAD-DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI B’ REFERENZA GĦALL-AĠĠORNAMENT TAT-TNEJN FILGĦAXIJA

PR552
Date Icon 24/04/2002

Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni tagħmel riferenza għal dak li ġie rrapurtat li ntqal mill-Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, fl-agġornament tal-Kamra tad-Deputati, nhar it-23 ta’ April 2002, dwar "dak li qed jingħad li se jsir fejn jidħlu l-Home Economics u l-Personal and Social Education".

Il-proċedura tat-tfassil ta’ miżuri tal-kurrikulu ġie stabbilit li għandu jimxi skond stadji sekwenzjali li huma:

  • Policies jiġu suġġeriti fuq temi partikolari minn Focus Groups rispettivi għal kunsiderazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu (KNK). Minn dawn il-Focus Groups gew stabiliti ħmistax-il wiehed.
  • Il-KNK jikkunsidra l-proposti magħmula mill-ħmistax-il Focus group, jintegrahom fi pjan ħolistiku għal kunsiderazzjoni tad-Direttur Ġenerali u l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni.
  • Il-Ministru jaccetta jew jirrifjuta l-proposti tal-KNK wara diskussjoni mad-Direttur Ġenerali u l-istess KNK, skond kif tatiħ poter il-Liġi ta’ l-Edukazzjoni.

Mhux sew li din il-proċedura ma tieħux il-kors tagħha u kliem li jintqal f’xi Focus Group partikolari waqt deliberazzjoni preliminari jintuża’ sabiex tqum "public outcry", bħal kieku xi ħaġa hija fatta u ser tibda titħaddem għada, jew inkella, sabiex jinħoloq lobby group li jagħmel pressjoni settorjali li ma tħallix l-ebda deliberazzjoni kunsidrata sseħħ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow