PRIZE-DAY TAL-LICEO 'MARGARET MORTIMER' FIR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAULE
Ghal darb'ohra il-Liceo bniet 'Margaret Mortimer' ta' Santa Lucia ipprezentaw programm edukattiv u kulturali lill-anzjani fit-teatru fir-Residenza San Vincenz de Paul bhala parti minn attivitajiet tal-Prize Day, ta’ l-iskola.
Il-programm beda b'video dwar dak kollu li sar fl-ahhar sena skolastika ta’ l-iskola. Ta min jghid li dan il-video gie apprezzat hafna mill-anzjani prezenti ghax gab bosta nostalgija tal-passat taghhom. Il-programm kompla billi l-kor ta’ l-iskola u l-istudenti tad-drama ipprezentaw siltiet mill-operetta "Carmen" ta' George Bizet. Dan kien jikkonsisti f'kant, zfin u drama.
Fl-ahhar tal-programm, il-Headmistress tal-liceo, Ms Jane Micallef, irringrazzjat lill-Onor Dr Antoine Mifsud Bonnici u l-amministrazzjoni tar-Residenza San Vincenz de Paul, ta' din l-opportunita' sabiha li l-istudenti kellhom ic-cans jipprezentaw dan il-programm quddiem l-anzjani f'dan it-Teatru. Hawnhekk, Ms Micallef, f-isem l-istaff u l-istudenti kollha tal-Liceo, ipprezentat donazzjoni lis-Segretarju Parlamentari li minn naha tieghu ghaddiha lill-Dr Ronald Fiorentino, Direttur Mediku ta' San Vincenz, biex jinxtraw oggetti ghal San Vincenz. Ms Micallef qalet li dan il-gest sabih hu kontribut zghir imma apprezzat hafna, ta' generazzjonijiet zghar lejn l-anzjani.
F'diskors qasir, is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Dr Antoine Mifsud Bonnici fahhar l-inizjattiva ta' din l-iskola li jipprezentaw dawn it-tip ta' attivitajiet f'dan it-teatru quddiem udjenza ta' anzjani, kif ukoll l-istudenti shabhom ta’l-iskola, ghax b'hekk l-istudenti jimmaturaw u japprezzaw izjed il-hajja taghhom u ta' madwarhom. Huwa rringrazzjahom ta' din l-ghotja ghax b'gesti bhal dawn noholqu "Socjeta' ghal Kulhadd" jigifieri socjeta' inkluziva fejn jiltaqghu generazzjonijiet differenti biex hadd ma jibqa’ lura, fejn l-anzjani nfushom jippartecipaw fil-hajja u fil-komunita' ta' madwarhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN