Left arrow Mur Lura

STATISTIKA TA' KAWZI QUDDIEM IL-QRATI SA' L-AHHAR TA' MARZU 2002

PR543
Date Icon 24/04/2002

Kif imwiegħed meta ġiet pubblikata l-istatistika tal-Qorti għas-sena 2001, il-Ministeru tal-Ġustizzja qiegħed jippubblika l-istatistika relattiva għall-Qrati Ċivili u Qrati Kriminali sal-aħħar ta' Marzu, 2002.

L-istatistika għall-Qrati Ċivili tinsab fit-Tabelli A u B, u r-riżultati l-aktar importanti huma:

  • il-kawżi pendenti fil-Qrati tal-Appell (kemm Superjuri u Inferjuri) żdiedu bi ftit;

  • il-kawżi pendenti fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili komplew jonqsu bi 330 f'Malta u 23 f'Għawdex;

  • il-kawżi pendenti fil-Qorti tal-Maġistrati komplew jonqsu ukoll b'162 f'Malta u 19 f'Għawdex;

  • il-kawżi pendenti quddiem it-Tribunal għat-Talbiet Zgħar żdiedu b'133 f'Malta u 19 f'Għawdex.

  • It-tibdil fil-Bordijiet kien minimu.

Analiżi ta' dawn ir-riżultati tindika li hu importanti li s-sitwazzjoni fil-Qorti tal-Appell ma titħalliex teħżien u hu importanti wkoll li jiżdied sew in-numru ta' kawżi deċiżi f'dan il-livell. Ta min jinnota li r-rata ta' appelli ntrodotti ma tidhirx li żdiedet.

Kwantu għaż-żieda fin-numru ta' kawżi pendenti fit-Tribunal tat-Talbiet Żgħar, dan seħħ minħabba ż-żieda qawwija ħafna fin-numru ta' kawżi ntrodotti. Fil-fatt, dan ir-riżultat inkiseb minkejja li żdiedet ir-rata ta' kawżi deċiżi.

Hu evidenti illi dak li, sa' l-aħħar tas-sena l-oħra kien biss trend, issa saret realtà li teħtieġ soluzzjoni. Il-Gvern mhux beħsiebu illi jħalli s-sitwazzjoni tiggrava ruħha u konsegwentement sejjer jinnomina Adjudicator ieħor dan ix-xahar stess.

Fil-Qrati Kriminali (tabelli C u D) kompliet it-trend pożittiva ħafna, reġistrata s-sena l-oħra u r-riżultati prinċipali juru illi:

  • l-appelli pendenti fil-Qrati tal-Appell Kriminali (kemm Superjuri kif ukoll Inferjuri) baqgħu prattikament l-istess;

  • il-ġurijiet komplew jonqsu b'erba u llum hemm biss 28 ġuri pendenti;

  • il-Qrati tal-Maġistrati f'Malta komplew jirreġistraw tnaqqis fil-kawżi pendenti ta' 661 kawża. Minn naħa l-oħra, l-Qrati tal-Maġistrati f'Għawdex irreġistrat żieda ta' 80 kawża.

Ta' min jinnota li dawn iċ-ċifri issa jinkludu l-inkjesti kollha pendenti peress illi l-Maġistrati kollha issa qed jagħtu n-numri relattivi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow