Left arrow Mur Lura

INAWGURAZZJONI TA’ STUDIO LI JIPPRODUCI MATERJAL GHALL-PERSUNI BI BZONNIJIET SPECJALI

PR542
Date Icon 24/04/2002

Il-qari huwa wiehed mill-pjaciri li ghandu l-bniedem. Ghalhekk fil-gurnata ddedikata lill-ktieb huwa xieraq li naghtu gieh mhux biss lill-ktieb, izda lill mezzi kollha li jifthu tieqa fuq il-kwalità tal-hajja taghna lkoll.

F’Malta hawn bosta libreriji, izda ftit huma dawk li ghandhom facilitajiet favur nies bi bzonnijiet specjali. Il-lum il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni inawgura studio li fih se jsiru recordings ta’ Audio u Video bhala materjal ghal dawk li ghandhom xi dizabilità.

Il-mission statement tal-Librerija Pubblika jghid li rridu nservu lill-membri kollha tal-kommunità billi ntejbu l-kwalità tal-hajja taghhom, u dan billi nipprovdulhom materjal ghall-edukazzjoni, ghall-informazzjoni u ghar-rikreazzjoni.

Meta fl-1995 beda l-progett tal-kompjuterizzazzjoni fil-Librerija Centrali tal-Furjana, inhass il-bzonn li nibdew nahsbu mhux biss f’dawk li kienu ghomja izda ukoll ghal dawk li ghandhom xi bzonnijiet specjali ohra. Min hawn beda x-xiri ta’ videos b’sotto-titli ghal dawk neqsin mis-smiegh. Materjal ghal dawk b’dyslexia ghadu qed ikun kompilat, filwaqt li tapes fuq suggetti varji qeghdin jkunu msellfa lil dawk li ghandhom xi diffikultà bil-qari, kif ukoll lill-anzjani. Inbdiet ukoll librerija ta’ tape-cassettes ghaz-zghar u l-materjal qed jizdied regolarment.

Biex id-dipartiment ikun f’pozizzjoni li materjal rekordjat ikun accessibli fl-iqsar zmien possibli, inhass il-bzonn ta’ recording-studio. Il-Bank APS ta ghajnuniet finanzjarja ta’ Lm2000 filwaqt li l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni pprovda kompjuter li jirrikordja u jeditja mhux biss is-software kollu u l-kollezzjoni ta’closed captioned videos.

Jekk naghtu daqqa t’ghajn lejn l-istatistika naraw li matul is-sena li ghaddiet 800 ruh ghamlu uzu minn dan is-servizz specjalizzat u sselfu mal-31550 tape.

Is-sezzjoni ghan-nies bi bzonnijiet specjali taccetta ghajnuna ta’ volontiera li jaqraw kotba biex ikunu rrekordjati. Bhalissa hemm 20 voluntier li jaghtu dan is-servizz u d-dipartiment heggeg lil min hu interessat javvicinawhom biex b’hekk hutna bi bzonnijiet specjali jkunu jistghu jintegraw ahjar fil-kommunità.

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea, qal li dan hu pass iehor biex intejbu s-servizzi li nofru u nwessghawhom b’mod li jkopru lil kulhadd. Il-Ministru qal li s-sistema ta’ l-eGovernment, li dalwaqt se tkun introdotta, se toffri aktar servizzi lill dawk li ghal xi raguni jew ohra bhalissa mhumiex qed jinqdew. Hu semma l-opportunità li wiehed jara l-listi tal-kotba li hawn fil-libreriji taghna mill-kumdità ta’ darhom. Eventwalment is-sistema se tippermetti li l-kotba jintbaghtu fl-eqreb branch library biex wiehed ikun moqdi minghajr ma jkollu jivvjagga ’l boghod.

Il-Ministru fahhar l-inizjattiva li ha d-Dipartiment tal-Libreriji.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow