MALTA TIRRATIFIKA L-"EUROPEAN CHARTER FOR SMEs'
L-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, akkumpanjat mill-Assistent Personali tieghu, is-Sur Iman Schembri, il-bierah iffirma d-dokument li permezz tieghu, il-Gvern Malti rratifika l-'European Charter for SMEs'. Dan l-iffirmar sar waqt konferenza li saret fis-Slovenja, flimkien mar-rapprezentanti tal-pajjizi applikanti l-ohra ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea.
Id-delegazzjoni li tmexxiet mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kienet maghmula wkoll minn rapprezentanti tal-GRTU, tal-Kamra tal-Kummerc, u tal-Federazzjoni ta’ l-Industrija.
L-Onor. Edwin Vassallo qal li huwa perswaz li ghal dawn l-organizzazzjonijiet, din l-attivita' ghandha titqies bhala achievement ghas-setturi imprenditorjali li huma jirrapprezentaw. "L-impenn taghna flimkien, il-Gvern u l-ghaqdiet kollha tan-negozju, ghandu jwassal biex f'pajjizna naraw li jkollna zvilupp kontinwu ta' politika imprenditorjali li ser tkun kapaci tghin lis-settur tan-negozju Malti jiehu postu fil-kompetizzjoni kummercjali f'suq akbar li huwa s-suq globali."
Edwin Vassallo kompla billi qal li "il-principji ta' dan ic-Charter ser iservu ta' ghajnuna prattika u siewja ghal kull min qieghed fin-negozju. Ghalhekk l-isfida u l-impenn taghna huwa li naghmlu hilitna kollha biex ingibu fis-sehh dan ic-Charter matul il-hidma taghna".
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN