IL-PRIM MINISTRU F'LAQGĦA MAL-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA ROMANO PRODI
PR528
22/04/2002
Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami illum ħalla Malta għal żjara uffiċjali fil-Belġju fejn ser ikollu laqgħa u taħdidiet mal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Romano Prodi. F'din il-laqgħa, mistenni jiġi diskuss il-progress ta' l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru huwa akkumpanjat miċ-Chairman, Core Negotiating Group, Richard Cachia Caruana. Fi Brussell ser jingħaqdu mad-delegazzjoni, il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Joe Borg u l-Ambaxxatur Victor Camilleri.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta għada fil-għaxija.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN