Stqarrija mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino
Is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent jaghmel referenza ghall-istqarrija ghall-istampa mahruga mill-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), fejn fiha ntqal li s-Segretarju Parlamentari l-Onor. George Pullicino "ippospona indefinittivament laqgha mportanti hafna tal-MEUSAC mal-FKNK, li kienet iffissata ghal nhar il-Gimgha, meta issa ser jiltaqa’ mal-Kumitat ta’ l-Ambjent tal-Parlament Ewropew".
Kontra dak li qed tghid il-Federazzjoni, is-Segretarju Parlamentari m’ghandu xejn x’jaqsam mal-posponiment tal-laqgha tal-MEUSAC.
Barra minn dan, il-laqgha tas-Segretarju Parlamentari Pullicino mal-Kumitat tal-Parlament Ewropew se tibda u tispicca qabel il-hin li fih kellha tibda l-laqgha tal-MEUSAC.
Il-Perit George Pullicino diga` ltaqa’ ma’ rapprezentanti tal-Federazzjoni darbtejn, waqt laqgha tal-Environment Monitoring Board. Barra minn hekk, laqgha li kienet iffissata bejn is-Segretarju Parlamentari Pullicino u l-Federazzjoni kellha tithassar minhabba li l-Onor. Pullicino kien indispost.
Ghalhekk mhux minnu li l-Onor. George Pullicino m’accettax li jiltaqa’ mal-Federazzjoni.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN