IL-HAMES EDIZZJONI TAL-FESTIVAL TA’ L-GHANA
Il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor, fi hdan id-Dipartiment tal-Kultura thabbar IL-HAMES EDIZZJONI TAL-FESTIVAL TAL-GHANA, li ser isir fil-Gonna tal-Argotti l-Furjana, bejn is-16 u d-19 ta’ Mejju li gej.
Matul l-erba serati tal-festival, ser ikunu qed jiehdu sehem 84 bejn ghannejja u daqqaqa. Dawn jinkludu tfal, zghazagh u personalitajiet stabiliti fil-qasam ta’ l-ghana. Barra t-talent lokali ser ikun hemm ukoll is-sehem ta’ gruppi etnici li gejjin mill-Italja, mis-Slovenja, Spanja u l-Portugal.
L-ghannejja Maltin ser jinqasmu f’diversi teams, li kull wiehed minnhom ser ikollu programm varjat ta’ ghana u daqq. Ghall-ewwel darba, se jinghata spazju kbir ghad-daqq tal-prejjem. Fil-fatt matul il-festival se jkun hemm nofs siegha kuljum dedikata ghad-daqq popolari tal-prejjem. Novita’ ohra se tkun l-introduzzjoni ta’ progetti bid-daqq ta’ strumenti tradizzjonali. Fl-ahhar gurnata tal-festival, se jkun hemm ukoll l-ghana bl-ghajjat tal-bejjiegha.
Fl-Argotti se jintramaw zewg palki, sabiex il-programm, jibqa’ sejjer minghajr intervalli. Is-serati ser jibdew f’dawn il-hinijiet: il-Hamis u l-Gimgha jibda fis-7.00 p.m., is-Sibt fis-6.45 p.m., u l-Hadd fis-6.30 p.m.
Biex jikkumplimenta ma’ l-atmosfera sabiha ta’ l-Argotti se jkun hemm l-ikel tradizzjonali Malti kif ukoll l-imwejjed biex il-pubbliku jixrob u jiekol, waqt li jkun qed isegwi l-programm fuq il-palk.
L-organizzaturi qed jergghu jiehdu hsieb sabiex jintrama ‘monitor’ kbir sabiex fuqu, waqt li jkunu ghaddejjien il-‘performances’ kemm mill-Maltin, kif ukoll mill-barranin, jigi trasmess bil-lingwa Maltija u dik Ingliza dak li qed jigri u jitkanta fuq il-palk.
Il-gruppi Maltin se jkunu mmexxija minn Ronnie Calleja tal-Mosta, Neil Vassallo ta’ Ronnie, Mario Azzopardi s-Sufu, Jason Seguna n-Nekus, John Pace l-Artist, James Pawney l-Bormliz, Leli Axisa l-Baqra, Johnny Saliba ta’ B’Bugia, Mikiel Brignoni l-Wesu, Kalcidon Vella ta’ Mustacca, Cikku Degiorgio tal-Fjuri, Karmnu Debono l-Pikipak, Guzeppi Spagnol iz-Zejtuni u Karmenu Bonnici l-Bahri.
Din is-sena l-gruppi barranin se jkunu Xarabanda mill-gzira ta’ Madeira fil-Portugal, Hato de Foces li gejjien mir-regjun ta’ Aragona fi Spanja, il-grupp femminili Katice mis-Slovenja u d-duo Converso u Propoli li gejjien minn Sorrento fl-Italja.
Il-pubbliku se jkun jista’ jattendi ghall-festival minghajr hlas.
Fl-14, 15, 16 u 17 ta’ Mejju, fil-11.00 ta’ filghodu gewwa pjazza San Gwann, il-Belt, se jkun hemm programm ta’ siegha u kwart li fih se jiehdu sehem kemm il-gruppi barranin kif ukoll numru ta’ ghannejja u daqqaqa lokali.
Gewwa l-Forum Hotel, is-Sibt 18 ta’ Mejju bejn id-9.00 u l-12.00, se jigi organizzat Seminar bis-sehem tal-partecipanti li se jkun hemm fil-festival kif ukoll bl-interventi ta’ delegati tal-gruppi barranin, esperti internazzjonali u kelliema Maltin. Kulhadd huwa misiteden jattendi ghal dan is-Seminar li t-tema tieghu se tkun "L-Ghana u l-Muzika Folkloristika Llum – L-Istorja Taghna.
L-Organizzaturi jixtiequ jirringrazzjaw lid-Dipartiment tal-Agrikoltura u lill-Universita’ ta’ Malta, kif ukoll lill-iSponsors: Cisk Lager, l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu u Delicata Winery.
Kuntatti:
Kordinatur tal-festival: Joe Scerri
Tel 21 230106 e-mail joseph.b.scerri@magnet.mt
Assistenza: Caroline Azzopardi
Tel 21 230106 e-mail caroline.azzopardi@magnet.mt
Direttur Artistiku: Gorg Mifsud Chircop
Tel 21 431654 e-mail mifchir@maltanet.net
PRO: Charles Coleiro
Tel 21 233911
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN