Left arrow Mur Lura

AKTAR IMPORTANZA GĦALL-EDUKAZZJONI FIŻIKA

PR511
Date Icon 18/04/2002

Studenti, bniet u subien minn sitta u tletin skola sekondarja tal-Gvern, tal-Knisja u privati ħadu sehem fi programm ta’ l-Atletika li sar fil-Matthew Micallef St. John Athletics Stadium, fil-Marsa. Il-programm imqassam fi tliet ijiem kien organizzat mis-Sezzjoni ta’ l-Edukazzjoni Fiżika tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni.

Mijiet ta’ studenti assistew għall-Finali u taw support qawwi lill-Atleti li rrappreżentaw l-iskola tagħhom. Għal din il-Festa ta’ l-Atletika attenda ukoll l-Onor. Jesmond Mugliett, Segretarju Parlamentari.

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, waqt żjara li għamel fil-kumpless sportiv tal-Marsa, qal li dak li kien qed jagħmel il-Gvern fil-qasam ta' l-Isport u ta' l-Edukazzjoni Fiżika kien qed jinħass ċar waqt din l-attività. Il-Ministru semma l-investiment massiv li qed jagħmel dan il-Gvern fl-istrutturi meħtieġa biex il-poplu Malti, mill-kbir saż-żgħir, ikollhom fejn jipprattikaw l-isport favorit tagħhom. Il-Ministru semma fost l-oħrajn il-Bini tal-Kumplessi Sportivi tal-Kottonera u ta' l-Universita' u dak li eventwalment se jinbena ma' l-iSkola Sekondarja l-ġdida fil-Karwija (limiti ta' Ħal Safi u Ħal Kirkop). Dan bla ma nsemmu l-investiment li diġà sar fil-Kumplessi li diġà jeżistu.

Il-Ministru qal li l-kwalità tal-faċilitajiet tal-Marsa li kienu qed jintużaw f'din l-attività huma wkoll frott l-investiment kontinwu. Wara li fl-ahhar sentejn sar titjib fit-triq prinċipali li taqsam il-kumpless sportiv tal-Marsa, fosthom fit-tisbiħ ta’ l-entratura tal-kumpless, sar xogħol siewi fuq il-pitches tal-ħaxix gewwa l-istess Kumpless. Ġew installati ukoll floodlights fuq pitch wieħed biex ikun jista’ jintuża wkoll bil-lejl u fuq l-istess pitches beda jsir xogħol biex jitkabbar turf li fuqu jista’ jintlgħab logħob kompettitiv anke ta’ livell internazzjonali. Il-Ministru qal li hu ta’ sodisfazzjon jinnota li gewwa l-Marsa qed jintlagħab il-logħob tal-kompetizzjonijiet internazzjonali tar-Rugby, dan minbarra li fuq l-istess pitches qed jinzammu regolarment tournaments kemm lokali kif ukoll internazzjonali. F’dan il-kumpless, beda’ jsir ukoll xogħol ta’ ristrutturar ta’ l-uffiċini u bini ta’ indoor hall, li jinkorpora car park. Digà tlestew il-pedamenti u n-nefqa mistennija tlaħħaq madwar Lm200,000.

Il-Ministru qal li madankollu mhux biżżejjed li wieħed jinvesti ħafna flus fl-istrutturi mingħir ma jkun hemm investiment kbir ukoll fl-edukazzjoni fiżika ta' l-istudenti. Il-Ministru semma xi żviluppi li seħħu fil qasam ta' l-Edukazzjoni Fiżika li jinkludu:

  • Żvilupp fil-programm ta’ preparazzjoni għall-għalliema tal-P.E. fl-Università.
  • Żdieda fin-numru ta’ għalliema li jagħtu l-lezzjonijiet fl-iskejjel primarji
  • Ir-rikonoxximent tal-P.E. bħala suġġett ta' livell ta' ċertifikat tal-MATSEC
  • Tnieda ta' kors ‘Certification in Fundamentals of Coaching’ organizzat flimkien mal-Kunsill Malti għall-isport u l-Università ta’ Malta
  • Proposta lill-Università għat-twaqqif ta’ Istitut għall-Isport

Il-Ministru qal li ma dawn hemm ukoll programmi ta' popolarizzazzjoni ta’ l-Isport bħal:

  • Skolasport - il-partecipazzjoni tat-tfal involuti hi maqsuma fi tlett programmi – Foundation, Participation u Performance. 1700 tifel u tifla qed jitħarrġu f’25 dixxiplina bl-għajnuna ta’ 140 għalliem ta’ l-Edukazzjoni Fiżika u Coaches ikkwalifikati
  • Skolasajf - skola li toffri tagħlim fid-dixxiplini akwatici u li fiha jieħdu sehem 350 tifel u tifla li jipprattikaw f’diversi klabbs immexxija minn għaqdiet sportivi diversi
  • Swimming Promotions Unit - joffri korsijiet bażiċi fl-għawm bl-iskop li jħajjar aktar tfal għal dan l-isport. Dan it-tgħalim qed jingħata matul il-ħin ta’ l-iskola minn għalliema ingaġġati apposta u s’issa diġà hemm 1300 tifel u tifla minn 37 skola li jattendu regolarment f’dan il-Unit
  • Sports for All - ġie nkorporat mal-Kunsill Malti għall-Isport u l-iskop tiegħu huwa li jorganizza attivitajiet ta’ popolarizzazzjoni għall-Isport fl-etajiet kollha
  • Adventure 2000 - programm maħsub għaż-żgħażagħ minn 18 il-sena ’il fuq. Sport ta’ Avventura huwa pprattikat f’dan il-programm li kien jinkludi ukoll parteċipazzjoni minn żgħażagħ minn San Blas.

Il-Ministru appella lill-kulħadd biex juża l-istrutturi u l-faċilitajiet tal-Gvern li huma miftuħin għall-poplu u biex kulħadd juża ftit mill-ħin liberu li jkollu biex jipprattika xi sport.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow