JITHABBRU IR-RIZULTATI TA’ STHARRIG MAN-NEGOZJI DWAR L-INFORMATIKA U L-E-GOVERNMENT
"Konvint li Malta ser tkun fuq quddiem fl-Ewropa fil-qasam tal-Informazzjoni Teknologika." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta kien qed jindirizza konferenza tal-ahbarijiet li fiha gie mhabbar ir-rizultat ta’ stharrig li sar fost il-kumpaniji, dwar l-e-government u l-informatika.
Il-Ministru Gatt irrefera ghall-fatt li dan kien it-tieni stharrig dwar l-e-government perceptions li sar ma’ mitejn u hamsin kumpanija jew negozju.
Dr. Gatt irrefera ghal uhud mir-rizultati bhala sorprendenti. Fost dawn huwa semma’ l-fatt li 85% tan-negozji juzaw kompjuter fin-negozju taghhom, filwaqt li 82% minn dawn juzaw l-internet ghax-xoghol. Dr. Gatt semma’ wkoll cifra ohra interessanti dik li 50% tan-negozji intervistati ghandhom presenza fuq l-internet, filwaqt li minn dawn hemm 43% li joffru servizzi jew prodotti mill-website taghhom.
Il-Ministru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali enfasizza li dawn ir-rizultati jirriflettu titjib kbir meta komparati mas-sitwazzjoni f’dan il-qasam sena ilu. Dan huwa dovut kemm ghall-fatt li llum l-informazzjoni qed titwassal minn kull qasam, kif ukoll minhabba li l-presenza tal-Gvern, deskritta bhala qawwija, f’dan il-qasam, qed ikollha l-effett taghha.
Dr. Gatt fakkar li hmistax-il sena ilu, f’pajjizna, kien rikjest permess specjali biex ikollok kompjuter fid-dar. Huwa semma’ ukoll il-fatt li l-imprenditur Malti fehem wahdu li ghandu jinvesti f’dan il-qasam, ghax gharaf l-importanza ta’ l-IT ghall-futur.
Il-Ministru Gatt, semma’ li permezz ta’ l-informatika pajjizna jkun fuq quddiem f’dan il-qasam. Dan huwa qasam li fih id-daqs m’ huwiex importanti, u ghaldaqstant bil-hiliet u l-inizjattivi tal-Maltin se nkunu global players.
Dr. Gatt tenna ghall-darb’ ohra l-impenn tal-Gvern li dak li jrid jaghmel ma jaghmlux wahdu. Dak li jaghmel il-Gvern irid ikun imfassal skond il-htigiet tal-poplu. Ghaldaqstant il-progetti li ser ikun qed iniedi l-Gvern fil-gimghat li gejjin, ser ikunu ibbazati fuq il-htigiet li johorgu minn dan l-istharrig. Fost is-sistemi ta’ Gvern Elettroniku li se jitwettqu hemm dik tal-licenzi tan-negozju kif ukoll li l-formoli tas-Sigurta Socjali, l-VAT, l-Income Tax, u d-Dwana jigu mqieghda online.
Dr. Gatt semma’ l-importanza li jigi provdut tahrig fl-IT lin-negozji z-zghar kif ukoll, il-progett tal-Gvern li jaghmel e-Market place biex in-negozji Maltin jkunu jistghu jippartecipaw u jibbenefikaw mill-opportunitajiet li jipprovdi is-suq globali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN