Left arrow Mur Lura

Skola Sekondarja b'Attivita' Eċċellenti

PR505
Date Icon 17/04/2002

L-istudenti ta' l-iSkola Sekondarja Lily of the Valley tal-Mosta tellgħu wirja ta' xogħlijiet li għamlu huma stess tul din is-sena skolastika marbuta mat-tema "It-Tkabbir ta' l-għeneb u l-Proċess ta' l-Inbid".

Fl-iSkola Sekondarja tal-Mosta, is-suġġetti kollha mgħallma kienu marbuta mat-tema ġenerali mgħażula għal din is-sena. Infatti it-tema tat-tkabbir ta' l-għeneb u l-proċess ta' l-inbid kienet trattata minn diversi aspetti li jinkludu l-istorja, il-ġeografija it-teknoloġija, t-tisjir, ir-rwol fir-reliġjon, il-letteratura skond r-reġjuni partikolari, s-saħħa u l-aspett soċjali inkluż l-abbuż, ir-reklamar, l-arti u t-tradizzjonijiet. L-istudenti kellhom ukoll l-opportunita' janalizzaw statistika u joħolqu informazzjoni viżiva dwar din l-istatistika. L-"Open Week" li organizzat l-iskola hi għalhekk maħsuba biex l-istudenti jkunu jistgħu juru x-xogħol li jkunu għamlu tul is-sena u jgħaddu din l-informazzjoni lil dawk kollha li jżuru din il-wirja b'mod partikolari lill-ġenituri.

Waqt żjara li għamel il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea innota l-ambjent ferrieħi li hemm fl-iSkola Lily of the Valley, innota wkoll l-ambjent fiżiku attrajenti li hemm u li żgur jiġbed u jħajjar lill-istudenti biex ikunu kuntenti fl-iskola tagħhom. Il-Ministru Louis Galea qal li jidher ċar li l-iskola Sekondarja tal-Mosta hi waħda tajba ħafna u li qed tagħmel ħafna ġid ma' l-istudenti li jattenduha. Hu qal li l-aħjar indikatur tas-suċċess ta' l-iskola hi l-motivazzjoni ta' l-istudenti li kif seta jara kulħadd, din kienet tispikka fuq uċuħ l-istudenti.

Il-Ministru qal li ħassu sodisfatt jara kunċetti tal-Kurrikulu Nazzjonali jitwettqu fl-iskejjel tagħna. Kunċett bħal dak li toffri edukazzjoni ħolistika fejn is-suġġetti ma jkunux biss mgħallma f'iżolazzjoni iżda li jintrabtu flimkien taħt tema partikolari biex l-istudenti jaraw ir-rabta bejn is-suġġetti kif ukoll jaraw ir-relevanza tas-suġġetti fid-dinja ta' kuljum. Kunċett ieħor li ra jitwettaq kien dak ta' l-involviment tal-ġenituri fl-iskola. Il-Ministru qal li l-ġenituri huma parti importanti tas-suċċess edukattiv ta' uliedhom u l-involviment tagħhom hu kruċjali. Il-Ministru qal li rridu naslu għal sitwazzjoni fejn id-djar ikunu estenzjoni ta' l-iskejjel u l-iskejjel estenzjoni tad-djar

Louis Galea qal li l-Kurrikulu Nazzjonali issa wasal f'punt interessanti ħafna. Hu semma numru ta' Focus Groups li qed jaħdmu fuq temi differenti tal-Kurrikulu Nazzjonali biex jappoġġjaw lill-iskejjel fil-proċess ta' l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali. Il-Ministru semma b'mod partikolari il-Focus Groups dwar l-Edukazzjoni Sekondarja, dak dwar il-Co-ordinated Science u dak dwar l-Edukazzjoni Teknoloġika. Fost ix-xogħol li qed jagħmlu, dawn il-Focus Groups qed jirrevedu s-sillabi biex ikunu dejjem aktar aġġornati u relevanti filwaqt li jirriflettu l-prinċipji tal-Kurrikulu Nazzjonali.

Il-Ministru attenda wkoll għal Prize Day ta' l-iSkola Primarja tal-Gudja kif ukoll il-Junior Lyceum Maria Regina tal-Ħamrun fejn saret laqgħa għall-istudenti tal-Form 2 u għall-ġenituri tagħhom biex jingħataw informazzjoni dwar s-suġġetti li jkunu jistgħu jagħżlu s-sena d-dieħla.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow