Punti mid-diskors tal-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-onor. Dr. Tonio Borg, waqt l-inawgurazzjoni tal-gymnasium ta’ l-S.A.G.
Sur Kummissarju,
Sinjuri.
Il-membri tal-Korp tal-Pulizija ghandhom wiehed mill-aktar xoghlijiet difficli. Il-Pulizija ghandu jiehu hsieb is-sigurtà pubblika. Izda ghandu l-poter ukoll li juza l-forza biex jipprotegi lil haddiehor. Il-Pulizija qeghdin hemm biex jipproteguna mill-kriminalità, izda fl-istess waqt ghandhom jipprotegu wkoll id-drittijiet taghna.
Biex jaghmlu x-xoghol taghhom b’mod effettiv, il-Pulizija jridu jiksbu l-fiducja u r-rispett tal-komunità fejn iservu. Huma ghandhom jizviluppaw relazzjoni ta’ shubija mac-cittadini li jipprotegu.
Fundamentali wkoll fix-xoghol tal-Pulizija huwa t-tahrig. Illum il-gurnata bis-sahha ta’ l-Akkademja tal-Pulizija, kull rekluta gdid li jissieheb fil-Korp jghaddi minn perjodu ta’ tahrig, kemm akkademiku kif ukoll fiziku. L-Akkademja, matul is-sena torganizza wkoll refresher courses ghall-Pulizija fil-livelli kollha.
Dan il-gym ta’ l-SAG li qed ninawguraw illum, huwa ta’ importanza kbira biex il-membri ta’ l-SAG ikomplu ghaddejjin b’tahrig fiziku li ghandhom bzonn, biex ix-xoghol taghhom jibqghu jaghmluh kif jixraq.
Ix-xoghol ta’ l-SAG huwa x’aktarx l-aktar wiehed skabruz tal-Korp. Huma jservu ta’ pulizija kontra r-rewwixti, ta’ skorta ghal VIPs, u jakkumpanjaw it-trasport u l-esibizzjoni ta’ oggetti prezzjuzi. Iservu wkoll ta’ gwardji ma’ ambaxxati u postijiet ohra ta’ mportanza strategika – xoghol li l-volum tieghu zdied hafna wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru, 2001.
Dan il-gym jintuza wkoll biex fih isir tahrig fl-arti marzjali. Fil-fatt "instructors" kwalifikati jaghtu tahrig, mhux biss lill-membri ta’ l-SAG, izda wkoll lill-Pulizija tal-Mobile, f’dixxiplini bhal ma huma l-Aikido u l-Judo. Tajjeb li wiehed jenfasizza li x-xoghol kollu li sar fil-bini u l-attrezzar ta’ dan il-gym, ghamluh il-membri stess ta’ l-iSpecial Assignment Group.
L-okkazjoni tal-lum qed isservi wkoll biex ninawguraw ufficjalment dawn is-seba’ muturi li nxtraw ghall-pulizija tal-mobile. Minbarra dawn il-vetturi l-godda u ohrajn bhalhom, inxtrat il-magna li taqra l-fingerprints b’mod awtomatiku, giet stallata sistema ta’ tracking ghall-vetturi kollha, inxtraw ghadd ta’ bullett proof vests u se jinxtraw ohrajn, u nbnew kwartieri generali godda ghat-taqsimiet kollha tal-Korp. Dan kollu kien possibbli permezz tad-decizjoni li ha l-Gvern, li fl-ewwel budget tieghu wara l-ahhar elezzjoni, kien zied il-vot kapitali tal-Pulizija b’40 fil-mija u dan il-vot inzamm konsistenti fil-budgets sussegwenti.
Din turi l-konsistenza u l-impenn min-naha tal-Gvern biex ikompli jwettaq il-weghda tal-programm elettorali, biex jigu attirati l-ahjar nies lejn il-korp, u jinghataw aktar tahrig specjalizzat kif ukoll l-ahjar taghmir ghax-xoghol taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN