DISKORS MILL-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI, FL-OKKAŻJONI TAR-RATIFIKA TAĊ-CHARTER EWROPEW GĦALL-INTRAPRIŻI Ż-ŻGĦAR - IL-BELT VALLETTA
Il-Gvern jimpenja l-ħidma tiegħu lejn l-iżvilupp ta' Politika Imprenditorjali li tħares l-interessi tas-"self-employed" u negozji żgħar f'pajjiżna, fuq il-prinċipji kif huma ndikati fil-European Charter for SME's. Għalhekk ir-ratifikazzjoni ta' dan iċ-Charter għas-self-employed u n-negozju ż-żgħir Malti, għandu jitqies bħala kisba ta' għajnuna permezz ta' ħidma politika li ser tkun qed tirrispondi għal sejħiet li l-istess għaqdiet tan-negozju ilhom jagħmlu matul dawn l-aħħar snin. Dan il-proċess ta' sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea qed jgħin biex f'pajjiżna naraw żvilupp ġdid fil-Politika Imprenditorjali li għandha bħala priorita' l-individwu li qiegħed fin-negozju.
Mill-wegħdiet elettorali tiegħu u mid-diskorsi tal-Budget ta' dawn l-aħħar tliet snin, il-Gvern dejjem wera l-impenn tal-ħidma tiegħu li jiżviluppa Politika favur l-Imprenditur, li tagħraf bħala priorita' lill-individwu li qiegħed jaħdem fin-negozju u l-attivita' kummerċjali.
Il-Proċess ta' sħubija fl-U.E. wassal lill-Gvern biex jaħdem fl-eżerċizzju li ġab l-isem C.C. Best (Candidate Countries Business Environment Simplification Task Force) li kienet tinkludi l-eżerċizzju ta' analizi dwar il-proċess ta':
- Simplifikazzjoni ta' proċeduri
- Servizzi ta' finanzjament
- Edukazzjoni u taħriġ għall-imprenditorija
- Innovazzjoni u riċerka
- Għajnuna lin-negozju effettiva u miftuħa għal kull settur f'pajjiżna
Dawn il-proċessi ta' ħidma flimkien jiffurmaw is-sisien li fuqhom titfassal il-Politika Imprenditorjali.
Il-ħidma tal-Gvern b'risq min huwa żgħir fin-negozju, kif ikkordinata mill-Uffiċċju tiegħi, kienet imfassla f'din id-direzzjoni biex jitwettaq dan l-impenn u għalhekk wasalna biex nippubblikaw żewġ programmi ta' ħidma ta' l-aħħar sentejn, bil-ħsieb li nuru d-direzzjoni ta' l-impenn fil-ħidma u x'ser ikunu l-objettivi li għandna nilħqu, biex tassew naslu li ngħinu lin-negozji tagħna jkollhom negozji sostenibbli.
F'żewġ programmi ta' ħidma tiegħi, jiena ppubblikajt id-dokument magħruf bħala l-European Charter for SME's u dan bil-għan li dan ic-Charter iservi ta' benchmark li miegħu, flimkien ma' għaqdiet tan-negozju, nkunu nistgħu inkejlu l-progress li qed isir f'pajjiżna f'dak li huwa l-iżvilupp tal-Politika Imprenditorjali.
Fil-proċess ta' tħejjija ta' sħubija fl-U.E., qed ikollna diversi laqgħat li lilna bħala pajjiż applikant, qed inkunu mgħejjuna nifhmu iżjed il-ħtieġa ta' din il-bidla ta' mentalita' u fuq kollox biex nifhmu iżjed kif nagħrfu aħjar, il-ħtiġijiet tas-settur imprenditorjali f'pajjiżna.
Dan l-aħħar għadni kif ippubblikajt rapport li fih indikazzjoni ta' analiżi magħmula mill-Kamra tal-Kummerċ, il-Federazzjoni ta' l-Industrija u l-General Retailers and Traders Union, li ser ikunu proprju l-bażi ta' diskussjoni li ser tinvolvi lill-għaqdiet tan-negozji w organizzazzjonijiet oħra, involuti fl-għoti ta' servizzi lis-settur imprenditorjali.
Minn din id-diskussjoni ser ikun konkluż rapport li issa ser jiġbor fih kull ma jkun irrapportat f'dan l-eżerċizzju ta' analiżi fuq il-ħidma tal-Gvern, skond kif tkun imkejla mal-prinċipji li huma ndikati bħala punti għall-iżvilupp ta' ħidma ndikata fil-European Charter for Sme's.
Dan id-dokument għandu jservi bhala bażi ta' diskussjoni li mbagħad għandha ssir fil-Parlament, fejn il-mozzjoni għandha twassal biex ikun diskuss l-iżvilupp tal-Politika Imprenditorjali, fejn bħala kejl li miegħu nistgħu inkejlu l-ħidma tal-Gvern f'dan ir-rigward, għandu jkun l-istess Europen Charter for SME's.
Il-prinċipji ta' dan iċ-Ċarter huma dawn:
- Nirrikonoxxu l-kapacitajiet dinamici ta' l-intraprizi z-zghar biex jiffaccjaw il-bzonnijiet godda tas-suq u biex jipprovdu l-impjiegi;
- Naghmlu enfasi fuq l-importanza ta' l-intraprizi z-zghar biex jinkoraggixxu zvilupp socjali u regjonali, fil-waqt li joffru ezempju ta' inizjattiva u mpenn;
- Nirrikonoxxu li l-intraprenditorija hi kapacità prezzjuza u produttiva, fil-livelli kollha tar-responsabbilità;
- Nifirhu lill-intraprizi li jkollhom success, li jixirqilhom ikunu ppremjati b'mod gust;
- Nifhmu li l-possibbilità ta' xi falliment jimxi id f'id ma' inizjattivi responsabbli u li falliment jista' jigri meta wiehed jidhol ghar-riskju. Dan il-falliment ghandu jigi meqjus bhala opportunità li wiehed jista' jitghallem minnha;
- Nirrikonoxxu l-valuri tat-taghrif, impenn u flessibbilità fl-ekonomija l-gdida.
Is-sitwazzjoni tan-negozji z-zghar fl-Unjoni Ewropeja tista' titjieb permezz ta' azzjoni li tistimula l-intraprenditorija, li tevalwa mizuri ezistenti, u fejn hemm bzonn, taghmilhom aktar adatti ghan-negozji z-zghar, u tizgura li dawk li jaghmlu l-policies jaghtu konsiderazzjoni xierqa ghall-bzonnijiet tan-negozji z-zghar. Ghalhekk, ahna ninpenjaw ruhna li:
- Insahhu l-ispirtu ta' innovazzjoni u ta' l-imprenditorija li jwasslu biex in-negozju fl-Ewropa jkun jista' jiffaccja l-isfidi tal-futur;
- Niffurmaw qafas regolatorju, fiskali w amministrattiv li jwassal ghall-attività intraprenditorjali u ttejjeb l-istatus ta' l-intraprendituri;
- Nizguraw access ghas-swieq fuq bazi tar-rekwiziti li jinvolvu l-inqas xkiel li huma konsistenti ma' l-objettivi principali rigward il-policy pubblika;
- Niffacilitaw l-access ghall-ahjar ricerka u teknologija;
- Intejbu l-access ghall-finanzi matul ic-ciklu shih ta' l-ezistenza ta' l-intrapriza;
- Intejbu kontinwament ix-xoghol taghna, biex hekk l-UE tkun tista' toffri l-ahjar ambjent ghan-negozju z-zghir fid-dinja;
- Nisimghu l-vuci tan-negozju z-zghir;
- Nippromwovu l-aqwa appogg ghan-negozju z-zghir.
Linja ta' Azzjoni
1.Edukazzjoni u tahrig ghall-intraprenditorija
2.Mezz irhas u ehfef biex jghin in-negozji jibdew jahdmu
3.Ligijiet u regolamenti ahjar
4.Irid ikun hemm nies tas-sengha
5.Intejbu l-access permezz ta' l-internet
6.Aktar minn Suq Wiehed
7.Principji rigward it-Taxxa u dawk finanzjarji
8.Insahhu l-kapacitajiet teknologici ta' l-intraprizi z-zghar
9.Mudelli ta' kummerc elettroniku li rnexxew u inkoraggiment ghall-uzu ta' l-oghla livell favur in-negozji z-zghar
10.Nizviluppaw rapprezentanza aktar b'sahhita w effettiva ta' l-interessi ta' l-intraprizi z-zghar f'livell ta' Unjoni u nazzjonali
Dan il-European Charter għalhekk, għandu jservi ta' ndikazzjoni ċara ta' f'hiex ser ikunu jikkonsistu l-obbligi tal-Gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropeja lejn l-iżvilupp ta' Politika Imprenditorjali li għandha toħloq l-aħjar ċirkustanzi li joffru opportunitajiet li jgħinu n-negozji tagħna jkunu negozji sostenibbli.
Personalment għalija li ser niffirma dan iċ-Ċarter f'isem il-Gvern Malti u f'isem sħabi self-employed u negozji żgħar huwa mument ta' sodisfazzjon għaliex bħala pajjiż, permezz ta' ratifikazzjoni ta' dan iċ-Ċarter, qegħdin nirrispondu u nġibu fis-seħħ ħtiġijiet li ilhom jinħassu mis-settur tan-negozju ż-żgħir.
Din l-okkażjoni ta' ratifikazzjoni li ser issir waqt konferenza mtella' fis-Slovenja, ser ikunu mistiedna pajjiżi applikanti. Fid-delegazzjoni Maltija, miegħi ser ikun hemm rappreżentant mill-Kamra tal-Kummerċ, Federazzjoni ta' l-Industrija u l-General Retailers and Traders Union.
Jien persważ li għal dawn l-organizzazzjonijiet, din l-attivita' għandha titqies bħala achievement għas-setturi mprenditorjali li huma jirrapreżentaw. L-impenn tagħna flimkien, il-Gvern u l-għaqdiet kollha tan-negozju, għandu jwassal biex f'pajjiżna naraw li jkollna żvilupp kontinwu ta' Politika Imprenditorjali li ser tkun kapaċi tgħin lis-settur imprenditorjali Malti jieħu postu fil-kompetizzjoni kummerċjali f'suq akbar li huwa s-suq globali.
Il-prinċipji ta' dan iċ-Ċarter ser iservu ta' għajnuna prattika u siewja għal kull min qiegħed fin-negozju. Għalhekk l-isfida u l-impenn tagħna huwa li nagħmlu ħilitna kollha biex inġibu fis-seħħ dan iċ-Ċarter matul il-ħidma tagħna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN