Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GHAR-RIZORSI U L-INFRASTRUTTURA:

PR501
Date Icon 16/04/2002


Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jirreferi ghal rapport li deher f'sezzjoni ta' l-istampa dwar konferenza ta' l-aħbarijiet li Joseph Farrugia, is-Sindku ta' Birżebbuġa ta dwar is-sistema tad-drenaġġ fil-lokal.

Il-Ministeru jsostni li l-impjant ta' riċiklaġġ li sar f'Ħal Far minn Gvern Laburista qatt ma hadem ghax twieled zopp u baqa' zopp. Is-soluzzjoni għas-sistema tad-drenaġġ f'Birżebbuġa mhix il-mina proposta li tgħaqqad il-pumping station tal-lokal ma' Bir id-Deheb. Din hi soluzzjoni impossibbli għaliex il-mina li tgħaddi minn Bir id-Deheb hi 60 metru 'il fuq mil-livell tad-dħul tad-drenaġġ fil-pumping station eżistenti. L-unika soluzzjoni li teknikament tagħmel sens hi li d-drenaġġ minn Birżebbuga għal Bir id-Deheb jgħaddi permezz ta' l-arranġamenti eżistenti għall-ippumpjar li se jiġu upgraded.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jirritjeni li z-zona industriali ta' Ħal Far għandha titqabbad ma' dik ta' Birżebbuga wara li tittejjeb is-sistema ta' Birżebbuga bil-bdil tar-rising main bejn Birżebbuġa u Bir id-Deheb. Iż-żieda fid-drenaġġ minn Ħal Far fuq is-sistema ta' Birżebbuġa hi waħda negliġibbli meta mqabbla mad-drenaġġ ġenerat f'Birżebbuġa u Marsaxlokk. Li kieku l-Gvern kellu jieħu l-parir tas-Sindku ta' Birżebbuga u jqabbad Ħal Far mal-mina li sservi s-Siġġiewi, Qrendi, Mqabba u Żurrieq il-proġett jiswa lill-poplu 250 darba aktar milli propost b'nefqa ta' madwar Lm2.5 miljun.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li s-Sindku ta' Birżebbuġa ma jkunx korrett meta jgħid li l-awtoritajiet ma tawx każ tal-problema tad-drenaġġ f'Birżebbuga u li l-Gvern jigi jaqa' u jqum minn dan il-lokal. Kien hemm awtoritajiet li ma tawx każ iżda mhux dan il-Gvern. Ferm qabel ma Joe Farrugia laħaq Sindku ta' Birżebbuġa l-Gvern preżenti kien diġa' ħa passi biex is-sistema tad-drenaġġ f'dan il-lokal tiġi upgraded biex tlaħħaq mal-volum ta' drenaġġ ġenerat fil-lokal. Dan wassal biex id-drenaġġ ma baqax jisbokka fil-baħar kif kien jiġri fis-snin tmenin.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jrid jerġa' jippreċiża li t-titjib fis-sistema tad-drenaġġ ta' Birżebbuġa se jsir qabel mad-drenaġġ f'Ħal Far jitqabbad ma' dik ta' Birżebbuġa. It-titjib li se jsir mhux biss se jkopri ż-żieda fl-ammont ta' drenaġġ ġenerat f'Ħal Far iżda wkoll se jaħseb biex is-sistema tkun f'qagħda li tiflaħ ma' l-iskart likwidu kollu mitfugħ fiha.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura meta jgħid li għandu ghal-qalbu l-ġid tar-residenti ta' Birżebbuġa jitkellem bil-fatti f'idejh. Dan jixhduh ix-xogħlijiet kbar li saru f'din il-lokalita' minn din l-amministrazzjoni li saħħet is-sistema tad-drenaġġ, tad-dawl elettriku, l-ilma u t-telefon, li kabbret u mmodernizzat l-iskola primarja, li sebbħet il-promenade kollu mill-bajja ta' San Ġorġ sal-Bajja s-Sabiħa, bniet żewġ car parks, bniet bypass quddiem Għar Dalam, bniet Public Convenience ġdida, naddfet l-inħawi f'Bengħajsa u Għar Hasan u qed tipprovdi ħaddiema biex jaghmlu l-manutenzjoni tal-promenade.

It-theddid mhux se jzomm lill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura milli jkompli jagħti sehmu favur il-ġid tar-residenti kollha ta' Birżebbuġa

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow