Ic-Chairman tal-Grupp Ewlieni ta' Negozjaturi Maltin jitkellem quddiem il-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew
Is-Sur Richard Cachia Caruana, Chairman tal-Grupp Ewlieni ta' Negozjaturi Maltin, dalghodu tkellem quddiem il-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew.
Fid-diskors tieghu, is-Sur Cachia Caruana ddeskriva l-progress li ghamlet sa issa u li qed tkompli taghmel Malta fin-negozjati taghha ma' l-Unjoni Ewropea u kkonferma d-determinazzjoni tal-Gvern li jlesti l-process sal-ahhar ta' din is-sena. Is-Sur Cachia Caruana spjega lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin l-arrangamenti specjali li kienu negozjati sa issa minn Malta f'sitt oqsma li huma c-Caqliq Hieles ta' Prodotti, ic-Caqliq Hieles ta' Persuni, ic-Caqliq Hieles ta' Kapital, it-Trasport, il-Politika Socjali u x-Xoghol, u l-Energija. Huwa ddeskriva n-negozjati bhala li mxew 'il quddiem fi spirtu ta' partnership bbazat fuq l-gharfien li l-adozzjoni minn Malta tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet ta' shubija fl-UE thalli spazju bizzejjed ghar-rikonoxximent u r-rispett tal-karatteristici specifici ta' Malta u s-socjetà Maltija.
Dwar il-gejjieni, is-Sur Cachia Caruana ddeskriva t-tmien kapitli li baqa' bhala li ghandhom livell gholi ta' kumplessità teknika u ta' rilevenza politika u li fuq medda qasira ta' zmien, Malta kienet qed timmira li tiffinalizza d-diskussjonijiet dwar is-Sajd, it-Tassazzjoni, l-Unjoni Doganali, l-Ambjent u l-Kompetizzjoni. Huwa rrefera wkoll ghall-kapitli dwar il-Biedja, il-Politika Regjonali u l-Budget bhala li ghandhom element qawwi finanzjarju u ghalhekk jehtiegu negozjati dettaljati qabel ma jkunu konkluzi. Is-Sur Cachia Caruana qal li d-dibattitu intern fl-UE qed ikompli dwar il-proposti ghal finanzjament u li Malta tistenna li r-rizultat minn dan id-dibattitu jkun ekwu u gust ghal kulhadd.
Arhi Palosuo, il-Kap tal-Malta Team fid-Direttorat Generali ghat-Tkabbir tkellem ukoll quddiem il-Kumitat. Huwa kkummenta dwar l-abbiltà kbira li wriet Malta biex setghet tilhaq lill-pajjizi li kienu bdew in-negozjati ghal shubija sentejn qabel. Huwa qabel mas-Sur Cachia Caruana li n-negozjati ghal shubija ma' Malta se jkunu konkluzi sal-ahhar ta' din is-sena. Palosuo ta wkoll harsa generali lejn in-negozjati li kienu konkluzi sa issa u semma wkoll dak li ghad baqa' jkun negozjat. Huwa kien fiducjuz ukoll li ghadd ta' kapitli minn dawk li baqa' ghan-negozjati se jinghalqu taht il-Presidenza Spanjola.
Ir-Rapporteur tal-Kumitat dwar in-negozjati ta' Malta ghal shubija fl-UE, Ms Ursula Stenzel, qalet li l-Parlament Ewropew jilqa' l-hidmiet u l-progress li ghamlet Malta fin-negozjati. Hija esprimiet is-sodisfazzjon taghha ghat-titjib li Malta ghamlet fil-qasam tas-Sigurtà Marittima u qalet li ghandha titkompla s-sorveljanza f'dan il-qasam. Is-Sur Cachia Caruana qal li r-rata ta' vapuri mizmuma registrati Malta digà nizlet minn 11.8 fil-mija fis-sena 2000 ghal 9.5 fil-mija fl-2001. Huwa zied jghid li Malta konsistentement tikkonforma ruhha mal-pozizzjoni li tiehu l-UE fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
Fid-dibattitu li sar wara, ghadd ta' membri mill-Parlament Ewropew staqsew dwar diversi temi fosthom dwar l-ambjent, il-biedja, kemm hemm informazzjoni f'Malta dwar l-UE u d-dibattitu intern li ghaddej dwar shubija. Fil-konkluzjoni tieghu, is-Sur Cachia Caruana qal li ghar-rigward kemm hemm informazzjoni f'Malta dwar l-UE, il-Gvern waqqaf il-Kumitat ta' Tmexxija u Azzjoni dwar Malta u l-UE (bl-Ingliz Malta-EU Steering and Action Committee, MEUSAC) u c-Centru ta' Informazzjoni Malta-UE (MIC). Huwa qal li l-MEUSAC iservi ta' forum ghall-partijiet interessati kollha biex jiehdu sehem fil-process ta' negozjati, filwaqt li l-MIC jipprovdi informazzjoni fattwali dwar il-materji kollha relatati ma' l-UE. Is-Sur Cachia Caruana qal li diversi stharrig ta' l-opinjoni pubblika konstantament juru li tezisti maggoranza favur shubija. Huwa fakkar li Malta kkommettiet lilha nnifisha li taghmel referendum dwar shubija ladarba jkunu konkluzi n-negozjati.
Is-Sur Cachia Caruana kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur ta’ Malta fi Brussel, Victor Camilleri, minn Colin Scicluna, Ko-ordinatur fis-Segretarjat tan-Negozjati mal-UE u minn numru ta’ufficjali ohra mill-Ambaxxata ta’ Malta fi Brussel.
Kopja tad-diskors li ghamel is-Sur Cachia Caruana u ta' dak li qal Arhi Palosuo jinsabu mehmuza ma' din l-Istqarrija ghall-Istampa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN