Left arrow Go Back

Id-Devoluzzjoni trid twassal għal aktar qari

PR498
Date Icon 16/04/2002

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qal li d-devoluzzjoni tal-libreriji lill-Kunsilli Lokali trid twassal biex f'kull lokalita' tkompli tiżdied l-għożża għall-qari u tħeġġeġ aktar nies jużaw il-libreriji u jisilfu kemm jistgħu kotba, għax il-qari hu ċ-ċavetta tal-futur edukattiv tagħna u ta' uliedna.

Dan qalu waqt l-iffirmar ta' ftehim bejn d-Dipartiment tal-Libreriji u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi biex il-Librerija Lokali u dik Reġjonali li jinsabu f'din il-lokalita' ikunu amministrati mill-Kunsill Lokali.

Iż-żewġ libreriji, dik lokali li tinstab fl-iskola Primarja San Ġorġ u dik reġjonali li tinsab fl-iskola San Bastjan bejniethom isellfu madwar 47,000 ktieb. Il-koperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Libreriji u l-Kunsill Lokali għandu jgħin biex filwaqt li l-libreriji ikomplu dejjem jitjiebu u jżidu l-ammont ta' kotba li hemm għall-publiku, titkompla l-ħidma biex jiżdied u jogħla l-livell ta' qari f'Ħal Qormi u l-lokalitajiet ta' madwaru.

Ħal Qormi hu l-unika lokalita' fejn wieħed isib kemm librerija Lokali kif ukoll librerija Reġjonali. F'pajjiżna hawn seba' libreriji Regjonali u 50 librerija Lokali, minbarra l-librerija Ċentrali fil-Furjana u l-Biblioteka Nazzjonali tal-Belt Valletta. Il-Libreriji bejniethom isellfu madwar 800,000 ktieb fis-sena li minnhom madwar 300,000 jissellfu mill-Librerija Ċentrali.

Il-Ministru qal li għalkemm hawn numru dejjem jikber ta' nies li jużaw il-libreriji u li jaqraw il-kotba, jixtieq jara aktar adulti, żgħażagħ u tfal jużaw il-libreriji pubblici u jaqraw il-kotba, għaliex il-qari u l-għożża għall-kotba tgħina nattakkaw l-illitteriżmu.

Il-Ministru ħeġġeġ b'mod partikolari lill-ġenituri biex ikunu ta' eżempju għat-tfal tagħhom u filwaqt li jaqraw huma wkoll, jgħinu lit-tfal fil-qari u jħeġġuhom jaqraw dejjem aktar; kif ukoll jipprovdulhom kull opportunita’ biex jaqraw.

Il-Ministru qal li f'qasir żmien il-katalogi tal-kotba kollha li għandna fil-libreriji tagħna se jkunu on-line u l-publiku se jkun jista' jara x'kotba hemm fil-libreriji u eventwalment jirriżerva l-kotba li jkun irid jaqra; u jekk dawn il-kotba ma jkunux fil-librerija tal-lokal tiegħu, il-kotba jintbgħatu fil-librerija l-aktar viċin tiegħu.

Il-Ministru temm jawgura lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi fix-xogħol li se jwettqu f'din il-librerija għall-ġid tal-lokalita u tar-reġjun ta' madwaru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow