TIĠDID TAL-KARTA TA' L-IDENTITÀ F'TA' XBIEX U SLIEMA
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karta ta' l-Identità f'dawn il-lokalitajiet:
Ta' Xbiex: bejn it-Tlieta 16 u l-Ġimgħa 19 ta' April, 2002
Hotel Best Western Les Lapins
Ix-Xatt ta' Xbiex
Sliema: bejn l-Erbgħa 17 ta' April u l-Erbgħa 15 ta' Mejju, 2002
Skola Primarja tal-Gvern Guze' Bonnici
Triq Isouard
F'dan il-perjodu ma jkunx jista' jsir it-tiġdid għar-residenti ta' tas-Sliema u ta' Ta' Xbiex fl-Uffiċċju tal-Karta ta' l-Identità l-Belt Valletta.
Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-gimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibtijiet mit-8.00 a.m. sa nofsinhar. Ma jsirx tiġdid tal-Karta ta' l-Identità nhar l-Erbgħa l-1 ta' Mejju, u fil-Ħdud 21 u 28 ta' April u fil-5 u12 ta' Mejju, 2002.
Fiċ-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta' dik il-lokalità partikolari. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġà għandhom Karta ta' l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta' l-Identità l-Belt, Valletta.
Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta' l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta' l-Identità.
Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qegħdin jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.
Il-Karta ta' l-Identità l-ġdida tkun tista tiġi rtirata aktar 'l quddiem u ser jinħareġ avviż dwar dan.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN