Left arrow Mur Lura

INTERESS MINN DIVERSI KUMPANIJI INTERNAZZJONALI F’DAK LI QED ISIR F’MALTA FIL-QASAM TA’ L-INFORMATIKA

PR494
Date Icon 15/04/2002

Delegazzjoni Maltija immexxija mill-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, hadet sehem fil-konferenza internazzjonali li kellha it-tema, "L-eGovernment ghall-Izvilupp". Din il-konferenza kienet organizzata mill-Gvern Taljan, bl-appogg tal-Gnus Maghquda.

L-ghan ta' din il-Konferenza, l-ewwel wahda ta’ dan it-tip, kien li jesplora l-vantaggi li joffru t-teknologiji ta' l-informatika u l-komunikazzjoni, fil-kuntest ta' efficjenza u trasparenza fl-amministrazzjoni pubblika. Din il-Konferenza ta' jumejn saret fil-belt ta' Palermo, u ghalija attendew ’il fuq minn 500 partecipant minn 91 pajjiz. Il-partecipanti kienu jinkludu, Kapijiet ta’ Stat, il-Ministri responsabbli mill-eGovernment, kif ukoll l-oghla ufficjali ta' ghadd ta' kumpaniji multinazzjonali fil-qasam ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni.

F'diskors li ghamel waqt din il-Konferenza, il-Ministru Gatt ghamel referenza ghall-izvilupp u l-inizjattivi li qed jittiehdu f'dan il-qasam f' pajjizna. Fost l-ohrajn, semma l-investiment kbir li ghamel il-Gvern tul dawn l-ahhar snin, biex illum ghandna l-infrastruttura teknologika necessarja. Dr. Gatt semma wkoll diversi inizjattivi li qed jiehu pajjizna marbutin ma’ l-implimentazzjoni ta’ l-eGovernment, il-politika elettronika nazzjonali, il-qafas legali modern li sar kif ukoll, l-introduzzjoni ta’ numru ta’ servizzi elettronici.

Sadanittant, f’diversi tahdidiet li kellha d-delegazzjoni Maltija, kienu diversi l-kumpaniji multinazzjonjali li esprimew interess kbir f’dak li qed isir f’pajjizna. Dawn it-tahdidiet wasslu biex jigu esplorati l-possibiltajiet ta’ partnerships mal-Gvern Malti fil-qasam ta’ l-informatika.

Sadanittant, fuq stedina personali ta’ Dott. Lucio Stanca, il-Ministru ghall-Innovazzjoni Teknologika fil-Kabinett Taljan ta’ Silvio Berlusconi, il-Ministru Gatt mexxa wahda mis-sessjonijiet ta' diskussjonijiet li kienet titratta ir-rwol tal-Gvern fil-holqien ta’ ambjent favorevoli ghall-implimentazzjoni ta’ l-eGovernment. F'din is-sessjoni ippartecipaw il-Ministru tax-Xjenza u Teknologija tal-Costa Rica, Ufficjal Gholi fl-Ufficju Nazzjonali ghall-Ekonomija ta’ l-Informazzjoni Awstraljan, il-Ministru tas-Supervizjoni Ciniz u Ufficjal Gholi fil-Ministeru tal-Finanzi Izraeljan. Partecipanti ohra kienu, il-persuna responsabbli mill-politika ta’ l-Informazzjoni ta' l-istat ta' Massachusetts, Stati Uniti ta’ l-Amerika u l-Vici President tan-Nokia.

Sadanittant il-Ministru ghall-Innovazzjoni Teknologika Taljan, Dott. Lucio Stanca, accetta stedina li saritlu mill-Ministru Gatt biex ix-xahar id-diehel jaghmel zjara ufficjali f'Malta. Il-Ministru Stanca kien nominat mill-Prim Ministru Berlusconi, f’ Awwissu li ghadda, bhala Ministru Responsabbli mill-Innovazzjoni Teknologika. Dott. Stanca ghamel snin twal jahdem fil-qasam tal-Informazzjoni Teknologika mal-kumpanija Multinazzjonali IBM. Fil-fatt Dr. Stanca, okkupa l-oghla karigi ta’ din il-kumpanija, fosthom dik ta’ President ta’ l-IBM, Ewropa, Lvant Nofsani u l-Afrika.

L-iskop ta’ din iz-zjara ufficjali, li mistennija ssir f’Mejju ser ikun li jigu diskussi oqsma fejn jista’ jkun hemm koperazzjoni f’dan il-qasam, kif ukoll, it-tishih tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iz-zewg pajjizi

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow