DELEGAZZJONI PARLAMENTARI MALTIJA SE ZZUR IL-GERMANJA
Delegazzjoni Parlamentari Maltija ta' ħbiberija mal-Parlament Ġermaniż, immexxija mill-Onor. Michael Bonnici, u komposta mill-Onor. John Attard Montalto, l-Onor. Chris Cardona, l-Onor. Jean Pierre Farrugia, u l-Onor. Victor Galea Pace, nhar il-Ħadd, 14 ta' April mistennija żżur il-Ġermanja għal taħdidiet f'Berlin u Brandenburg, fuq stedina tal-Parlament Ġermaniż.
Id-deputati Parlamentari Maltin mistennija jiltaqgħu fost oħrajn ma':-
Dr Christopher Zöpel, Ministru ta' l-Istat fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin;
Dr Rudolf Seiters, Viċi President tal-Bundestag Ġermaniż;
Dr Hans Ulrich Klose, President tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin tal-Parlament;
Mr Friedberg Pfluger, President tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Ewropej;
Rappreżentanti tal-Kumitat tal-Finanzi;
Kap tad-Dipartiment tas-Servizzi Parlamentari fil-Parlament Ġermaniż;
Rappreżentanti tal-partiti politiċi ewlenin Ġermaniżi fil-kwartieri ġernerali tagħhom;
ma' l-assoċjazzjoni tal-Kmamar tal-kummerċ u ta' l-industrija Ġermaniża; u
ma' l-Ambaxxatur Malti residenti f'Berlin, is-Sur William Spiteri.
Apparti milli jkollhom taħdidiet mar-rappreżentant fil-Parlament Ġermaniż responsabbli għar-relazzjonijiet ma' Malta, Dr Thomas Kossendey, u ma' membri oħra tal-Bundestag, id-delegati mistennija jiltaqgħu wkoll ma' uffiċjali għolja tal-Landtag ta' Brandenburg.
Id-delegazzjoni mistennija lura l-Ġimgħa filgħaxija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN