Left arrow Go Back

Tfassil tal-Pjan ta’ Żvilupp Rurali

PR484
Date Icon 12/04/2002

Matul il-ġimgħa li ġejja se jsiru aktar laqgħat ta’ konsultazzjoni mill-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd għall-bdiewa, raħħala u l-għaqdiet tagħhom, kif ukoll għall-Kunsilli ta’ lokalitajiet rurali, bħala parti mill-proċess biex jitfassal l-ewwel Pjan ta’ Żvilupp Rurali għall-gżejjer Maltin.

F’dawn is-seminars se jkunu diskussi l-investimenti fil-qasam agrikolu, swieq u pproċessar ta’ prodotti agrikoli, miżuri dwar agrikoltura u ambjent u żvilupp ta’ żoni rurali.

Din se tkun opportunità oħra biex min jattendi jkun jista’ jagħti l-fehmiet tiegħu u jressaq suġġerimenti tiegħu dwar il-proposti għal dan il-Programm.

Il-laqgħat se jsiru f’dawn il-postijiet:

Għat-Tramuntana ta’ Malta: Lukanda Corinthia Palace, Vjal De Paul, Ħ’Attard, it-Tlieta, 16 ta’ April, fid-9.00 a.m.

Għan-Nofsinhar ta’ Malta: Lukanda Corinthia Jerma Palace, Dawret it-Torri, Marsaskala, l-Erbgħa, 17 ta’ April, fid-9.00 a.m.

Għawdex: Grand Hotel, Għajnsielem, il-Ħamis, 18 ta’ April, fid-9.00 a.m.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow