Left arrow Go Back

RIZOLUZZJONI FIL-PARLAMENT BIEX FACILITAJIET SPORTIVI U ARTIJIET JGHADDU F’IDEJN entitajiet sportivi u filantropici

PR480
Date Icon 12/04/2002

Meta rega` ltaqa’ l-Parlament wara l-vaganzi tal-Ghid, il-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-Onor. Tonio Borg pogga fuq il-mejda tal-Kamra, Rizoluzzjoni Parlamentari li ser taghti lill-entitajiet sportivi, ghaqdiet filantropici u entitajiet ohra, titlu legali fuq facilitajiet li juzaw, jew ghal art sabiex jizviluppaw.

Permezz ta` din Rizoluzzjoni, dan il-Gvern qed ikompli jwettaq il-weghda elettorali tieghu li ‘Jghin lid-dilettanti ta` kull sport (biz-zwiemel, bil-karrozzi, bil-muturi, ecc.) jizviluppawh u lill-ghaqdiet sportivi biex jiksbu postijiet adattati ghalihom’.

Ir-Rizoluzzjoni sejra tindirizza l-htigijiet tal-ghaqdiet ta’ natura differenti. Fil-fatt minn fost 34 ghaqda, insibu klabb ta` l-isparar fuq il-plattini (Southern Shooting Club), zewg ghaqdiet tal-karozzi (Malta Drag-Racing Association u l-Island Karting Club), klabb ta` l-ibburdjar (Young Sailing Club), il-facilitajiet sportivi fl-Arena tal-Furjana (Assocjazzjoni Sports Floriana, Floriana Football Club, Floriana Basketball Club, Floriana Bocci Club), ufficini ghall-Malta Amateur Athletics Association, diversi klabbs tal-bocci, klabbs tal-football inkluz il-Gozo Stadium, ghaqdiet filantropici bhal: Malta Playing Fields Association u sit ghall-bini tal-Headquarters ghar-Rabat Scouts Group.

Ser jinghata titlu legali wkoll lil Marsa Sports and Country Club fuq il-facilitajiet sportivi f’dan l-istess Club fil-Marsa. Ta’ min jinnota, li permezz ta’ dan il-process, il-Marsa Sports and Country Club - li jinkludi l-unika Golf Course f’Malta - ser jirregolarizza l-pozizzjoni tieghu fuq il-facilità li jmexxi sabiex din il-facilità tkun tista’ tigi amministrata minn dan il-Club, li ilu jmexxiha minghajr titlu ghal dawn l-ahhar tletin sena. B’hekk il-Marsa Sports and Country Club jkun jista` jkompli jaghmel l-investiment u l-manutenzjoni ta’ din il-facilità ewlenija f’Malta.

Waqt li esprima s-sodisfazzjon tieghu ghal mod saru dawn l-arrangamenti, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett awgura li dawn l-entitajiet li hadu t-titli legali permezz ta’ diversi rizoluzzjonijiet ohra, jsibu l-appogg kollu minn kull awtorità ohra sabiex dawn l-istess facilitajiet ikunu mharsa u zviluppati.

Din hija t-tieni Rizoluzzjoni fi zmien sentejn, fejn il-Gvern qieghed jaghti titlu lill-ghaqdiet sportivi taz-zghazagh u ghaqdiet filantropici ohra fuq facilitajiet li juzaw. Numru ta’ ghaqdiet li hadu t-titolu fl-ewwel rizoluzzjoni, digà ghamlu investimenti kbar fil-facilitajiet lilhom mghoddija, investiment li qieghed itejjeb l-infrastruttura ghal volontarjat. Hu mistenni li wara li tghaddi din ir-Rizoluzzjoni, ghaqdiet li ilhom jistennew biex jibnu facilitajiet amministrattivi ghalihom, bhal Young Sailors Club u l-Iscouts tar-Rabat, jibdew bl-izvilupp tal-facilità taghhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow