Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI

PR477
Date Icon 11/04/2002

B’ referenza għall-artiklu fil-ħarġa ta’ “l-Orizzont” ta’ nhar it-Tnejn 8 t’April 2002, dwar kummenti tal-Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni l-Onor. Evarist Bartolo, il-Ministeru jistqarr li l-Onor. Bartolo qed ikun inġust ma’ l-istudenti kollha, b’mod partikolari l-istudenti li jattendu l-iskejjel sekondarji ta’ l-Istat, meta jgħid li 1% biss ‘għaddew’ mill-eżami tas-SEC fl-Ingliż. Filwaqt li f’diversi okkażjonijiet l-Onor. Evarist Bartolo jinsisti li l-eżamijiet m’għandhomx ikunu kollox fil-kejl ta’ l-istudent u li s-sistema edukattiva trid tnaqqas il-ġirja sfrenata għall-eżamijiet u tevalwa l-ħiliet diversi ta’ l-istudent, minn naħa l-oħra l-ħin kollu jenfasizza l-kejl ta’ l-eżamijiet u jikkwota statistika li ħarġet għall-ewwel darba kif jaqbillu, biex jipprova joskura l-amministrazzjoni preżenti.

L-Onor. Bartolo jħobb juża’ l-figuri u l-istatistika. Iżda jagħti l-interpretazzjoni żbilanċjata ta’ l-istatistika u barra minnhekk jiżbalja fl-istatistika stess li juża’.

Il-figuri dejjem jridu jittieħdu fil-kuntest tas-sistema edukattiva ta’ pajjiżna. Il-fatti huma li f’Malta s-sistema ta’ l-edukazzjoni li jħaddem l-Istat hi waħda inklussiva u taċċetta li tgħallem lil kulħadd sal-livelli li kull individwu kapaċi jasal. Is-sistema hi tali li fl-eta ta’ bejn 10 snin u 11-il sena t-tfal jagħmlu eżami fejn aktar minn nofs imorru l-Junior Lyceums, filwaqt li l-oħrajn imorru l-iskejjel sekondarji ġenerali. Minn dawk li jmorru l-iskejjel sekondarji ġenerali, numru jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC u oħrajn jagħżlu li ma jagħmluhx. S’issa l-parti l-kbira ta’ dawn ta’ l-aħħar jieqfu mill-iskola meta jagħlqu 16-il sena u jmorru jaħdmu wara li jiksbu l-iSchool-Leaving Certificate. M’hemmx dubju li f’dan is-settur għad hemm ħafna x’jeħtieġ isir.

Iżda l-Onor. Evarist Bartolo jagħżel il-figuri li bihom ikun jista’ jpinġi sitwazzjoni ħażina għad-detriment ta’ l-istudenti ta’ l-iskejjel sekondarji. Bħala eżempju jgħid li fl-iskejjel sekondarji għaddew 15-il student jew 1% biss fl-eżami tas-SEC fl-Ingliż. Il-verita’ hi li minn dawk kollha li jattendu l-iskejjel ta’ l-Istat (Junior Lyceums u Skejjel Sekondarji) fl-eżami tas-SEC fl-Ingliż jgħaddu 59%. Il-figura titla’ għal 76% jekk wieħed jikkalkolaha fuq dawk biss li jkunu applikaw għall-eżami ta’ l-Ingliż. Anke jekk nieħdu l-iskejjel sekondarji ġenerali waħedhom, filwaqt li huma ftit dawk li jagħmlu l-eżami tas-SEC, insibu li 23% għaddew mill-Ingliż. Din l-istampa hi ħafna aktar ġusta mill-istampa ta’ 1% li ta l-Onor. Evarist Bartolo.

L-Onor. Bartolo ikkalkola l-figura tiegħu ta' 1% billi naqqas kemm seta' l-figura ta' l-istudenti ta' l-iskejjel sekondarji li għaddew u ikkalkola din il-figura fuq il-popolazzjoni kollha ta' l-istudenti fl-aħħar sena ta' l-iskejjel sekondarji ta' l-Istat (anke dawk li ma għamlux l-eżami). L-Onor. Bartolo ħa bħala li 'għaddew' dawk l-istudenti li ġabu riżultati ta' bejn Grade 1 u Grade 5 u halla barra lil dawk li għaddew mir-resit li jsir f'Settembru anke meta tnaqqas dawn kollha ssib li ħalla barra lil xi whud.

Il-Bord tal-Matsec iqis bħala li għaddew dawk kollha li jiksbu riżultati ta' bejn Grade 1 u Grade 7. Tant hu hekk li jgħid:

"When all passes (Grades 1 to 7) are considered, of the 1985 cohort (N=3,891): 18.6% obtained passes in 11 to 15 subjects, 52.2% in 6 to 10 subjects, 25.1% in 1 to 5 subjects and 4.3% did not pass in any subject. When Grades 1 to 5 only are considered, 13.1% obtained passes in 11 to 15 subjects, 40.1% in 6 to 10 subjects, 33.6% in 1 to 5 subjects and 13.1% did not pass in any subject. Passes in 10 subjects were the most common category whether passes were taken to include Grades 1 to 7 (16.5%) or grades 1 to 5 (10.6%). Passes in 11 and 9 subjects were also common."

Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jemmen li għad hemm ħafna x'isir biex inkomplu ngħinu lill-istudenti tagħna jilħqu l-milja tagħhom iżda hu żball li wieħed jikkwota statistika b'mod skorrett u żbilanċjat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow