TIGDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Principali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tigdid tal-Karti ta’ l-Identità f’San Pawl il-Bahar minn nhar il-Gimgha 12 ta’ April sa nhar il-Hamis 2 ta’ Mejju, 2002. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tigdid ghar-residenti ta’ San Pawl il-Bahar fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt Valletta.
It-tigdid tal-Karta ta’ l-Identità ser isir fl-Iskola Primarja tal-Gvern Patri Felic Sammut, Triq L-Iskola. Fic-Centru msemmi jistghu jattendu biss ir-residenti ta’ dik il-lokalita’ partikolari. It-tigdid qed isir ghal dawk kollha li digà ghandhom Karta ta’ l-Identità. Dawk li ser japplikaw ghall-ewwel darba ma jkunux jistghu jaghmlu dan fic-Centru tal-lokalità taghhom izda jkunu jridu japplikaw fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt, Valletta.
Ghandha tigi pprezentata l-Karta ta’ l-Identità prezenti kif ukoll il-formola tat-tigdid bl-informazzjoni mitluba, li qeghda tigi mibghuta lil kull min ghandu jgedded l-Karta ta’ l-Identità. Il-hinijiet li fihom isir it-tigdid ser ikunu: fost il-Gimgha bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibtijiet mit-8.00 a.m. sa nofsinhar. Ma jsirx tigdid tal-Karta ta’ l-Identità fl-1 ta’ Mejju, u fil-Hdud: 14, 21 u 28 ta’ April, 2002.
Aktar dettalji dwar it-tigdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qeghdin jintbaghtu bil-posta mal-formola tat-tigdid.
Il-Karta ta’ l-Identità l-gdida tkun tista’ tigi rtirata aktar ’l quddiem u ser jinhareg avviz dwar dan.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN