PARKEGG GHALL-INFERMIERA FL-ISPAR F’SAN LUQA
Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-ittra mibghuta lill-Ministru tas-Sahha mill-MUMN rigward l-ipparkjar ta’ karozzi minn infermiera li jahdmu fl-isptar San Luqa, id-Divizjoni tas-Sahha thoss li ghandha ticcara b’mod pubbliku c-cirkostanzi tal-fatt.
Il-Carpark li hemm hdejn l-isptar San Luqa huwa propjetà tal-Gvern li xi snin ilu giet mghoddija lid-Divizjoni tas-Sahha mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet. Biex wiehed ikun aktar preciz mill-erba’ sulari ta’ dan il-parkegg, is-sular ta’ isfel ghadda lid-Divizjoni tas-Sahha biex jintuza bhala post ghall-hazna ta’ oggetti uzati fl-Isptar San Luqa fil-waqt li s-sular ta’ fuq kien inghata biex jintuza bhala estensjoni tal-parkegg fl-isptar San Luqa. Iz-zewg sulari tan-nofs kienu thallew miftuha ghall-uzu mill-pubbliku in generali u qatt ma kienu amministrati mid-Divizjoni tas-Sahha. Kien biss f’Marzu tas-sena 2000 li d-Dipartiment ghat-Tmexxija tal-Propjetà ghadda z-zewg sulari l-ohra lid-Divizjoni. Kien propju b’rizultat ta’ diskussjonijiet li saru mal-Kunsill Lokali tal-Pietà dwar l-uzu ta’ dawn iz-zewg sulari li eventwalment gie deciz li t-tmexxija ta’ dan il-Carpark ghandha tghaddi lill-istess Kunsill Lokali.
Fil-process tat-tahditiet li saru biex il-parkegg imsemmi jghaddi f’idejn l-amministrazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Pietà, id-Divizjoni tas-Sahha hasset li kellha tintervieni biex tikseb l-ahjar kundizzjonijiet ghall-impjegati taghha li joghgobhom jaghmlu uzu minn dan il-parkegg. Din l-inizjattiva ttiehdet mid-Divizjoni minghajr ma kellha l-obligu li taghmel dan. Il-Ministeru jfakkar li d-Divizjoni tas-Sahha ma ghandha l-ebda obbligu li tipprovdi parkegg ghall-impjegati taghha. Hija responsabilità ta’ kull impjegat tas-Servizz Pubbliku li jasal fuq il-post tax-xoghol fil-hin rikjest mix-xoghol tieghu u s-Servizz bl-ebda mod ma jidhol fil-mod ta’ trasport li juza dan l-impjegat. Id-decizjoni jekk impjegat juzax il-karozza privata tieghu biex jasal fuq il-post tax-xoghol u jekk jaghmel dan jipparkjax din il-karozza f’post bi hlas, hija fid-diskrezzjoni assoluta ta’ l-istess impjegat.
Huwa fatt li hemm numru ta’ impjegati professjonali li ghandhom post riservat fl-isptar San Luqa. Dan huwa minhabba l-fatt li din il-kategorija ta’ impjegati, primarjament konsulenti fin-natura tax-xoghol taghhom, jehtigilhom li min hin ghal iehor jitilqu minn fuq il-post tax-xoghol fl-isptar San Luqa biex jaghtu s-servizz taghhom f’xi sptar iehor.
Il-Divizjoni tas-Sahha tirribatti b’mod assolut l-asserzjoni tal-MUMN li t-trasferiment tal-parkegg ghal amministrazzjoni mill-Kunsill Lokali ghandha xi impatt dirett fuq is-salarju tan-nurses u l-midwives. Id-Divizjoni tfakkar li hemm numru ta’ impjegati ohra, b’salarju ferm inqas minn tan-nurses, li wkoll kienu jaghmlu uzu minn dan il-parkegg. Id-Divizjoni ma ghandha l-ebda kontroll jew diskrezzjoni fuq in-noll ghall-parkegg li qed jithallas illum. Wiehed ifakkar li meta l- MUMN tirreferi ghal zieda ta’ 200% qed tirreferi ghal 15c ghal gurnata shiha.
Ghaldaqstant id-Divizjoni ssostni li l-pozizzjoni mehuda minn l- MUMN f’dan ir-rigward hija bla bazi u ghaldaqstant ma hemmx lok ghal negozjati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN