Left arrow Mur Lura

ROHS FIL-PREZZ TAL-PETROL

PR456
Date Icon 08/04/2002

Hekk kif kien specifikat, bl-iktar mod car, fl-ahhar diskors tal-budget u hekk kif kien thabbar fid-diskors tal-budget tas-sena ta’ qabel, mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena qed tithaddem ‘formula’ sabiex il-prezz tal-prodotti taz-zejt f’Malta jibda jirrefletti ic-caqlieq fil-prezz taz-zejt fis-suq internazzjonali. Din il-‘formula’, li qed tigi applikata ghall-ewwel darba issa li dhalna fix-xahar ta’ April, thares lejn ic-caqlieq tal-prezz taz-zejt tul perjodu ta’ tliet xhur, f’dan il-kaz mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2002.

Abbazi ta’ din il-‘formula’, il-prezz tal-petrol (kemm leaded kif ukoll unleaded) qed jigi mrahhas, b’effett immedjat, b’centezmu kull litru b’mod li, minn ghada d-9 ta’ April 2002, il-prezz tal-petrol lill-konsumatur ser jinzel ghal 35 centezmu kull litru (unleaded) u 38 centezmu kull litru (leaded).

F’dawn l-ahhar tliet xhur, kien hemm ukoll caqlieq ’l isfel fil-prezz internazzjonali tad-diesel izda, kif kien spjegat fid-diskors tal-budget, il-prezz tad-diesel f’Malta huwa sinifikattivament irhas mill-prezz fuq is-suq internazzjonali. Ghal din ir-raguni, mhux ser ikun hemm l-ebda bidla fil-prezz tad-diesel li ser jibqa’ jinbiegh 21.5 centezmu kull litru.

Lanqas il-prezz tal-pitrolju (kerosene) mhux ser jinbidel.

Dan l-aggustament fil-prezzijiet tal-prodotti taz-zejt qed isir fuq bazi ta’ mekkanizmu imhabbar fl-ahhar budget u jgib fix-xejn il-hafna spekulazzjoni min-naha tal-media ta’ l-Oppozizzjoni. Din l-ispekulazzjoni kienet intiza biss biex tohloq element ta’ incertezza fil-pajjiz. Issa johrog iktar bic-car kif din l-ispekulazzjoni ma kellha l-ebda bazi u kienet ghal kollox bla bzonn meta l-Gvern kien diga`, f’termini daqshekk cari, spjega il-mod li bih kien ser jimxi.

Tajjeb hawnhekk li wiehed ifakkar ukoll li kien fil-fatt Gvern Laburista li fl-1997, meta il-prezz taz-zejt fuq is-swieq internazzjonali kien ferm inqas milli huwa illum, zied

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow