L-EWWEL LAQGHA TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GHALL-IZVILUPP SOSTENIBBLI
PR455
08/04/2002
Il-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent jixtieq javza li l-ewwel laqgha tal-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Izvilupp Sostenibbli ser issir nhar l-Erbgha, l-10 ta’ April 2002, fil-5.00pm, fis-Sala Vassalli fic-Centru tal-Mediterran ghall-Konferenzi, il-Belt Valletta. Il-laqgha ser titmexxa mill-Prim Ministru, l-Onor. Eddie Fenech Adami.
Skond l-Att XX ta’ l-2001 dwar il-Harsien ta’ l-Ambjent, il-pubbliku ghandu d-dritt li jattendi ghal-laqghat tal-Kummissjoni u jkollu access ghal kull dokument li tippubblika l-istess Kummissjoni.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN