Ser titwaqqaf it-tielet Kummissjoni ghall-Kontroll ta’ l-Izvilupp
Il-Gvern accetta proposta ta’ l-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u ser iwaqqaf it-tielet Kummissjoni ghall-Kontroll ta’ l-Izvilupp. Dan habbru s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, il-Perit George Pullicino waqt laqgha mal-Building Industry Consultative Committee (BICC) li fiha l-BICC ipprezenta l-proposti tieghu ghal tibdil fil-policy tad-Development Control and Design Guidelines li fiha tigbor madwar 120 policy dwar bosta zviluppi.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Awtorita` qeghda miexja skond il-programm biex tirrevedi l-Pjan ta’ Struttura li ser johrog ghall-konsultazzjoni pubblika tard din is-sena. Huwa semma ukoll li s’issa diga` tlestew 4 pjani lokali. Tnejn ohra, dak tac-Centru ta’ Malta u dak ta’ Ghawdex, ser johorgu ghall-konsultazzjoni pubblika x-xahar id-diehel u l-ahhar pjan ghandu johrog ghall-konsultazzjoni pubblika lejn l-ahhar tas-sena.
Meta tkellem dwar l-aggornament tal-policies, is-Segretarju Parlamentari George Pullicino qal li dan huwa xoghol li jkun ghaddej il-hin kollu u l-policies jigu aggornati kontinwament. Hawnhekk huwa sahaq lill-periti u n-nies midhla ta’ l-industrija tal-bini.
Is-Segretarju Parlamentari habbar li, bi ftehim mal-Kamra tal-Periti, ser jigu organizzati numru ta’ seminars biex dawk involuti fis-settur tal-bini jkunu aggornati biex jaghtu l-ahjar servizz lill-klijenti.
Meta tkellem dwar zvilupp f’zoni rurali, is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern irid li jaghmel il-hajja iktar facli ghal dawk involuti fis-settur agrikolu. Il-Gvern iqis bhala importanti li l-art tibqa’ tinhadem u huwa ghalhekk li jrid jghin lill-bdiewa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN