Left arrow Go Back

STQARRIJA TA’ L-ONOR LAWRENCE GONZI, MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI U CHAIRMAN TAT-TASK FORCE GHAR-RISTRUTTURAR TAT-TARZNARI

PR449
Date Icon 06/04/2002

B’referenza ghar-rapport li deher fil-harga tallum ta’ l-Orizzont, u ghal dak li gie rrapurtat li qal is-sur Tony Zarb, Segretarju Generali tal-General Workers Union, il-Ministru ghall-Politika Socjali u Chairman tat-Task Force jichad kategorikament li saret xi laqgha sigrieta tat-Task Force, kif rappurtat fl-istess Gazzetta.

Il-laqgha li saret il-bierah kienet wahda ta’ rutina mitluba mill-Ministru Gonzi biex jibqa aggornat ma’ l-izviluppi kollha li qed isehhu fit-Tarznari b’rizultat ta’ l-iskemi ta’ rtirar kmieni. Kienet laqgha li ghaliha kien prezenti wkoll il-Ministru Josef Bonnici bhala Ministru responsabbli mit-Tarznari, flimkien mal-Production Managers taz-zewg tarznari u membri ohra tal-management.

Ma kien hemm xejn sigriet dwar dak li gie diskuss f’din il-laqgha, tant hu hekk li ftit wara li ntemmet, giet ippubblikata stqarrija mill-istess management tat-Tarzna fejn inghata rendikont shih ta’ l-istadju li ntlahaq s’issa b’rizultat tal-iskemi li gew imhabbra xahrejn ilu u li ser jibqghu fis-sehh sa l-ahhar ta’ Mejju.

Il-Gvern qed jiehu dan il-process b’serjeta kbira u b’impenn ghaliex jaf li fin-nofs hemm l-ghejxien ta’ eluf ta’ haddiema u jaf ukoll li l-isfida tat-Tarznari hi sfida li trid tintrebah ghal gid tal-pajjiz kollu. L-iskemi huma biss parti minn soluzzjoni aktar wiesa li tirrikjedi bidliet radikali nkluz flessibilita akbar fuq il-post tax-xoghol biex it-tarznari jsiru aktar produttivi u allura aktar kompetittivi. B’hekk biss jista jintrebah xoghol gdid ghat-Tarznari.

Ghalkemm s’issa r-rispons ghall-iskemi kien wiehed sodisfacenti, l-Ministru Gonzi jinnota li n-numru ta’ applikazzjonijiet mill-haddiema tat-Tarzna tal-Marsa ghadu wiehed baxx. Fadal sa l-ahhar ta’ Mejju biex wiehed jaghmel analizi sewwa tal-haddiema li jkun fadal fiz-zewg tarznari, imma jekk is-sitwazzjoni tibqa kif inhi, t-Task Force jkollha tikkunsidra s-soluzzjonijiet li jkun hemm bzonn skond il-pjan ta’ ristrutturazzjoni approvat fit-Task Force.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow