DISKORS MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI, L-ONOR. EDWIN VASSALLO, WAQT LI ĦABBAR L-ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT - LIMESTONE HERITAGE - SIĠĠIEWI - 5 T'APRIL 2002
L-artiġjanat huwa settur importanti tal-manifattura li jaħdem fil-lokal u jinkludi fih diversi snajja' partikolari li tant nużaw ta' kuljum.
Il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat ġie mwaqqaf proprju bil-ħsieb li jkun ta' għajnuna diretta għal dan is-settur u jgħinu jkun aktar vijabbli u sostenibbli. Pass importanti fil-bidu tal-ħidma ta' dan il-Kunsill kien li jara kif iressaq flimkien setturi ta' artiġjani li ftit li xejn kienu jiltaqgħu biex jitkellmu flimkien.
Fuq programm imfassal minn dan il-Kunsill bdiet ħidma siewja li qed twassal biex dawk kollha li resqu biex jirreġistraw l-interess tagħhom fil-Kunsill ikun għalihom ukoll marketing exercise biex isiru magħrufa aktar u l-opportunita' ta' bejgħ tal-prodotti tagħhom tiżdied.
Għal din ir-raguni, meta twaqqaf il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat kien maħsub li jinkludi fih kemm rappreżentanza tas-settur artiġjanali kif ukoll rappreżentanza mis-settur imprenditorjali, biex ikunu jagħmlu parti mill-kumitat eżekuttiv ta' dan il-Kunsill permezz ta' elezzjoni li tkun miftuħa għal dawk kollha li huma rreġistrati.
Għalhekk, nhar il-Ħadd, 7 ta' April, fiċ-Ċentru tas-Snajja' f'Misraħ San Ġwann, il-Belt, u fl-exhibition hall fil-Ministeru għall-Għawdex, ser issir l-elezzjoni għal tliet membri li jirrapreżentaw lill-Artigjani u membru li jirrappreżenta lill-Imprendituri minn fost il-kandidati li irreġistraw l-interess li joħorġu għall-elezzjoni.
Ninsab sodisfatt għall-interess li wrew dawn il-kandidati u nawguralhom is-suċċess.
Dan li ġej hu rendikont tal-persuni għall-elezzjoni ta' Tliet (3) Membri fuq il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat li jirrapreżentaw lill-Artigjani
- Cilia Joseph - induratura u xogħol tal-metal
- Farrugia Margaret - xogħol tal-bizzilla
- Galea Louis - xogħol tad-deheb u l-fidda
- Haber Paul - xogħol tal-fuħħar u ċ-ċeramika
- Said Joseph - xogħol tal-ħġieġ u tpinġija fuq il-ħġieg
Dan li ġej huwa rendikont tal-persuni nominati għall-elezzjoni ta' Membru (1) fuq il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat li jirrappreżenta lill-Imprendituri
- Grech Anna - bejgħ ta' oġġetti ta' artiġjanat Malti li jinkludi -filugranu, xogħol tad-deheb u fidda, xogħol tal-bizzilla, xogħol tal-fuħħar u ċeramika, ganutell, xogħol tal-ġebla u xogħol tat-tpinġija u prints
- Saliba Mark - xogħol tal-filugranu , deheb u fidda
Nawgura lil dawn il-kandidati suċċess filwaqt li nirringrazzjhom għad-disponibbilta' tas-servizzi tagħhom; kif ukoll nagħmel appell biex dawk l-artiġjani jivvutaw u jagħżlu li min ser jitkellem f'isimhom fil-ħidma tal-Kunsill
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN