STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI L-ONOR. EDWIN VASSALLO RIGWARD L-EDITORJAL TA' GAZZETTA LOKALI
B'referenza għall-editorjal tal-gazzetta "l-Orizzont" tal-bieraħ, 3 ta' April, irrid nerġa ntenni illi l-opportunità tal-late night shopping kienet diġà teżisti iżda biex issir ried jintalab permess mingħand id-Direttur ta' l-Industrial and Employment Relations Department. Bir-regolamenti l-ġodda, il-late night shopping ikun jista' jsir b'sempliċiment b'notifikazzjoni fuq formula statutorja li tkun mibgħuta lit-Trade Licensing Unit. Din il-formula ser tkun tista' tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali. Kull ma tħabbar kien ir-riżultat ta' simplifikazzjoni ta' proċeduri li talba għal permess saret sempliċi notifikazzjoni .
Dan il-proċess ta' simplifikazzjoni ta' proċeduri m'għandu jagħti l-ebda lok ta' sfruttament tal-ħaddiema tal-ħwienet. Il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta' min jaħdem fis-settur tal-wholesale u r- retail trades huma regolati mill-Avviż Legali 32 tan-1989 -Conditions of Employment Regulations Act (CAP 135 ) fejn hemm stipulat id-drittijiet u l-ħinijiet ta' l-impjegati li jaħdmu fil-ħwienet. Meta kkonsultajna dwar dawn id-drittijiet tal-ħaddiema mad-Dipartimenti rispettivi, ridt inkun ċert dwar kif dan it-tibdil jista' jaffettwa l-ħaddiema. Din kienet raġuni ohra ghax żammejna lura milli nilliberalizzaw is-suq għall-bejgħ nhar ta' Ħadd għaliex f'dik iċ-ċirkostanza l-ħaddiema jistgħu jispiċċaw jieħdu d-dritijiet tal-ħaddiema li jaħdmu b'shift u jitilfu d-dritt ta' l-overtime nhar ta' Ħadd. Fil-kaz tal-late night shopping ma' jirriżulta mkien li b'din l-opportunità l-ħaddiema għandhom ikunu sfruttati għaliex fil-liġi hemm xi nuqqas li ma jaħsibx għall-każ bħal late night shopping.
Min bħala employer irid jisfrutta l-ħaddiema tiegħu, dan żgur li mhux ser jistenna l-late night shopping.
Għaldaqstant, filwaqt li niddisapprova kull lok ta' abbuż fuq il-ħaddiema minn naħa ta' min iħaddem, daqshekk ieħor niddisapprova wkoll kull intenzjoni ta' min qed jipprova jqanqal inċertezza dwar sfruttament ta' ħaddiema fejn m'hemm l-ebda lok ta' sfruttament.
Il-late night shopping ma għandux jintuża bħala skuża għal lok ta' sfruttament tal-ħaddiema tal-ħwienet.
Bl-ebda mod din id-deċizjoni ma tnaqqas minn dawn id-drittijiet tal-ħaddiema u d-drittijiet tal-ħaddiema faċilment ikunu mħarsa fl-opportunità tal-late night shopping
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN