Left arrow Mur Lura

L-ISKEJJEL GĦAWDXIN JIPPARTEĊIPAW F'ĦAMES PROĠETTI FI ĦDAN IL-PROGRAMM COMENIUS TA' L-UNJONI EWROPEA

PR432
Date Icon 04/04/2002

Nhar il-Ħamis 7 ta' Marzu, il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, qassmet Lm5,500 f'ċekkijiet lil erba' skejjel li matul is-sena skolastika 2001 - 2002 ħadu sehem f'ħames progetti fi ħdan il-Programm Comenius tal-UE.

L-iskejjel u l-proġetti rispettivi li huma ħadu sehem fihom huma:

· L-Iskola Primarja Sir Arturo Mercieca, Victoria - My Day Your Day

· L-Iskola Primarja Mons Salv. Vella, Nadur - The Roman Period and its Effects on the Country - Monuments

· L-Iskola Post-Sekondarja Sir M. A. Refalo - Clerical Workers in Malta and in Germany

· L-Iskola Sekondarja tal-Bniet Can G. F. Agius de Soldanis - Leisure Time for a Healthy Lifestyle as an Alternative

· L-Iskola Sekondarja tal-Bniet Can G. F. Agius de Soldanis - Memory of Walls, Men and Landscapes

L-għan ewlieni tal-programm COMENIUS, huwa li jippromwovi t-tagħlim filwaqt li jsaħħaħ il-kwalità u jkabbar id-dimensjoni Ewropea ta' l-edukazzjoni. B'mod partikolari l-programm COMENIUS jinkoraġixxi l-koperazzjoni bejn l-iskejjel fuq livell Ewropew. B'dan il-mod COMENIUS jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' l-iżvilupp professjonali ta' l-istaff involut fis-settur ta' l-edukazzjoni, filwaqt li jippromwovi il-promozzjoni tat-tagħlim fil-lingwi u awareness interkulturali.

Għall-Unjoni Ewropea, l-edukazzjoni hija fil-fatt waħda mill-prijoritajiet tagħha għaliex temmen bis-sħiħ li l-bniedem ikun wieħed komplet jekk ikun iġorr miegħu bagalja ta' informazzjoni u taħriġ fuq firxa wiesa'. Għalhekk l-Unjoni Ewropea tikkontribwixxi bis-sħiħ għall-iżvilupp ta' l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali ta' kwalità billi tinkoraġġixxi koperazzjoni bejn l-Istati Membri u billi fejn ikun hemm bżonn, tgħin u tissupplimenta l-azzjonijiet li huma jieħdu.

Lejn tmiem din l-okkażjoni, Ms Vivienne Camilleri u Mr Frank Muscat ippreżentaw kopja tal-ktieb: "Ħrejjef u Leġġendi: antiki u moderni" li fih studenti mill-Haydn Real-Gymnasium ta' Vienna u dawk ta' l-iskola post-sekondarja Sir Mikelanġ Refalo t'Għawdex, qabblu l-leġġendi u ħrejjef Maltin u Awstrijaċi filwaqt li ddiskutew x'inhuma l-affarijiet komuni u differenti bejniethom. Wara, l-istudenti min-naħa tagħhom ivvintaw stejjer u leġġendi ġodda li jirriflettu l-ħajja li qed jgħixu huma llum. Dan kien il-progett ta' l-iskola Sir M. A. Refalo matul is-sena skolatistka 2000 - 2001. Il-publikazzjoni ta' dan il-ktieb kienet wkoll parti minn dan il-proġett

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow