Pre-Retirement Course ghall-Haddiema tal-S.F.C.
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr. Antoine Mifsud Bonnici fetah Pre-Retirement Course ghall-haddiema ta’ Simmonds Farsons Cisk Ltd. li ser jirtiraw mix-xoghol taghhom – kors organizzat mic-Centru ghat-Tmexxija Socjali fi hdan il-Moviment Azzjoni Socjali.
Fid-diskors tieghu, Dr. Mifsud Bonnici fisser li l-irtirar mix-xoghol huwa passagg minn perjodu ghall-perjodu iehor, imma differenti tal-hajja. Passagg minn perjodu li jista’ jitqies aktar ta’ xoghol ghall-perjodu ta’ aktar hin liberu. Hafna jsibuha difficli biex jaddattaw ruhhom minn hajja dominata mix-xoghol ghal wahda li fiha trid torganizza attivita’. Ghal xi whud il-waqfien mix-xoghol jista’ jservi bhala ‘giljottina’.
Huwa possibli li dak li jkun jista’ jitlef kull sens ta’ siwi u ta’ valur li bhala cittadin jista’ jikkontribwixxi ghas-socjeta’. Ghalhekk huwa importanti li wiehed jiffacilita t-transizzjoni ghall-irtirar billi jinghata pariri ghal-preparazzjoni ghall-hajja gdida. U din hija l-importanza tal-Pre-Retirement Courses.
Dr. Mifsud Bonnici spjega li l-ghan ta’ dan il-kors huwa kif wiehed jista’ jibqa’ jghix hajja normali u siewja wara li jkun spicca mix-xoghol. Dan il-kors ghandu l-iskop li jghin lill-haddiema jissuperaw facilment il-qabza minn fazi ghall-ohra tal-hajja; joffri triqat godda ta’ partecipazzjoni socjali; jesponi l-potenzjal ta’ l-abilita’ li individwu jista’ jikkontribwixxi lejn is-socjeta’; jaghti informazzjoni dwar diversi oqsma tal-hajja bhal: sahha, aspetti socjali, servizzi socjali ezistenti ghall-anzjani; aspetti kulturali u hin liberu; aspetti finanzjarji u edukazzjoni kontinwa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN